Akkwedott ta' Wignacourt: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
m tindif ħafif
Linja 2:
L-'''Akwedott ta' Wignacourt''' hu proġett ta' kanalizzazzjoni mibni biex iwassal l-ilma min-naħa tal-widien ta' taħt ir-Rabat u Ħad-[[Dingli]] u sal-Belt [[Valletta]]. Inbena bejn l-1610 u l-1615 u baqa' jintuża sal-1912. Hu proġett apprezzat għall-inġinerija li ntużat fis-seklu sbatax.
 
=='''Storja'''==
Meta nbniet il-Belt [[Valletta]], l-ilma għax-xorb kien jikkonsisti minn dak li jinġabar fi bjar privati minn fuq il-bjut tad-djar u dak li kien maħżun f'ġibjuni kbar tal-komunità li l-Ordni ta' San Ġwann kien ħaffer f'diversi inħawi tal-Belt Valletta. Sal-1600 il-popolazzjoni tal-Belt kienet kibret u sarettlaħħaq mal-10,000 ruħ u l-ilma maħżun fil-Belt ma baqax iservi biżżejjed.
 
[[File:Wignacourt Arch 2016-02-21.jpg|thumb|L-arkata ta' Wignacourt, Fleur De Lys, Santa Venera]]
 
Fl-1610, il-Gran Mastru Alof de Wignacourt ried li jibda jaħdem biex din il-problema tkun solvuta. Il-flus biex jinbena dan l-akwadott beda ġej minn taxxa imposta fuq il-qamħ li kien jinbiegħ lill-furnara u li minnha nġabret is-somma ta’ 40,000 skud. Din is-somma ċertament ma kinetx biżżejjed. Kien hemm bżonn ħafna aktar minn hekk u xi Kavallieri tal-Ordni ta’ San Ġwann ikkontribwixxew xi flus għal dan il-proġett. Biss l-aqwa ammont ta’ flus ġie minn but il-Gran Mastru nnfisu.
Line 13 ⟶ 15:
Mill-Ħamrun imbagħad l-ilma kien kkanalizzat sal-Furjana, sa fejn ħdejn il-knisja ta’ Sarria.  Hemm naraw torri li kien jikkontrolla dan l-ilma li mbagħad kellu jkompli jinfirex għall-ġo ċisterni u funtani ġewwa l-Belt Valletta. Ġol-Belt l-ewwel ma kien joħroġ l-ilma għall-użu tal-pubbliku kien minn ġo funtana li kienet qrib id-daħla tal-Belt. Din illum tinsab mal-ħajt tal-Cavalier ta’ San Ġakbu.  L-Ilma imbagħad kien ifiġġ ukoll minn funtana ġewwa Pjazza San Ġorg quddiem il-Palazz.  Din il-funtana llum qegħda fil-Ġnien San Filep, il-Furjana. Funtana oħra li kienet isservi tajjeb ħafna l-bejjiegħa kienet dik ta’ ħdejn il-knisja ta’ Liesse.  F’nofs din il-funtana wara tqiegħdet istatwa ta’ Nettunu (magħrufa bħala tal-Ġgant) li llum tinsab ġewwa l-Palazz tal-Gran Mastru. L-akwadott sewa aktar minn 400,000.  L-Akwadott kien dam jinbena mal-ħames snin.  Fuq dan il-proġett kienu ħadmu mas-600 ruħ.  ġie nawgurat fil-21 ta’ April, 1615 u baqa’ jintuża sa 1911 meta mbagħad l-ilma beda jiġi kkanalizzat minn katusi tal-ħadid imqegħdien taħt l-art fit-toroq apposta.
 
'''== Biblijografija''' ==
 
'''Biblijografija'''
 
 
Guillaumier Alfie, ''Bliet u Rħula Maltin''. Klabb Kotba Maltin. Vol. 2 p. 948.
 
Line 32 ⟶ 31:
 
"Restoration work on Floriana's Wignacourt Tower". ''TVM''. 14 August 2015.
 
[[File:Wignacourt Arch 2016-02-21.jpg|thumb|L-arkata ta' Wignacourt, Fleur De Lys, Santa Venera]]
 
[[Kategorija:Arkitettura ta' Malta]]