Roi Mata: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
defaultsort
tiswija referenzi
 
Linja 1:
[[Stampa:Map of Chief Roi Mata's Domain EN.svg|daqsminuri|360x360px|Mappa tat-tliet postijiet assoċjati ma’ Roi Mata u li ġew iddeżinjati bħala Sit ta’ Wirt Dinji tal-UNESCO]]
'''Roi Mata''' kien l-aħħar kap b’saħħtu tal-[[Melanasja]] tas-seklu 17 minn gżejjer li issa huma parti minn [[Vanwatu|Vanuatu]], fl-[[Oċeanja]]. Il-qabar elaborat tiegħu, li jinkludi l-katavri ta’ iktar minn 25 membru li kienu jsegwuh, ġie skopert mill-arkeologu [[Franza|Franċiż]] [[José Garanger]] fl-1967.<ref>{{Ċita web|url=http://www.vanuatuatoz.com/r/|titlu=“Roy Mata” - Vanuatu A-Z {{!}} R - Racecourse, Radio, Real Estate, Religion, Resorts|aċċesslingwa=2021en-02-26US|opraaċċess=Vanuatu A-Z Visitors Guide|lingwaopra=en-US}}</ref>. Garanger irnexxielu jsib il-qabar ta’ Roi Mata fil-gżira ta’ [[Eretoka]] jew [[Artok]] billi analizza l-ġrajjiet folkloristiċi lokali. Skont leġġenda, meta Roi Mata ħakem il-gżejjer, l-ewwel għan tiegħu kien li jgħaqqad it-tribujiet differenti sabiex jifforma armata.
 
Ir-renju tiegħu baqa’ rinomat fil-gżejjer bħala wieħed paċifiku, għalkemm eventwalment Roi Mata ġie vvelenat minn ħuh u miet. Il-ġisem tiegħu ma ġiex midfun f’art twelidu u ismu ma ntużax mill-ġenerazzjonijiet ta’ warajh minħabba li n-nies tal-post beżgħu li jurtaw l-ispirtu tiegħu.
 
Fl-2008, tliet siti assoċjati ma’ Roi Mata, fil-gżejjer ta’ [[Efate]], [[Lelepa]] u Eretoka, ġew iddeżinjati bħala [[Sit ta’ Wirt Dinji]] uniku tal-[[UNESCO]].<ref name=":0">{{Ċita web|url=http://whc.unesco.org/en/list/1280/|titlu=Chief Roi Mata’s Domain|aċċesskunjom=2021-02-26UNESCO|isem=UNESCO World Heritage Centre|opra=UNESCO World Heritage Centre|lingwa=en|aċċess=|opra=}}</ref>
 
== Sit ta’ Wirt Dinji ==
Linja 10:
L-uniku sit ta’ wirt dinji ta’ Vanuatu huwa magħmul minn tliet postijiet assoċjati mal-Kap Roi Mata. Fil-gżira ta’ Efate hemm il-fdalijiet ta’ art twelid Roi Mata f’Mangaas, fil-gżira ta’ Lelepa hemm l-[[għar]] imsejjaħ Fels bi tpinġijiet antiki mal-ħitan, u fil-gżira Eretoka jew Artok (li tfisser “[[kappell]]” minħabba l-għamla tal-gżira kif tidher mill-baħar) hemm il-qabar ta’ Roi Mata b’ġebliet u bi qxur tal-[[frott tal-baħar]] li kienu jintużaw għal skopijiet funebri.
 
L-aċċess għal dawn il-postijiet huwa ristrett u biex iżżurhom trid tkun akkumpanjat minn gwida bil-liċenzja. L-[[għar Fels]] fil-gżira ta’ Lelepa jinsab ġo rdum fl-għoli li jista’ jiġi aċċessat b’għadd ta’ taraġ. Il-blat tal-irdum u tal-għar huwa magħmul mill-[[ġebla tal-ġir]], u din qed tittiekel b’pass mgħaġġel ħafna, mhux biss minħabba l-elementi iżda anke minħabba t-[[Terremot|terremoti]] li spiss jheżżu l-gżira. L-aħħar terremot li kkawża ċ-ċediment ta’ parti mid-daħla tal-għar Fels seħħ fl-2002<ref>{{Ċita web|url=https://www.environmentalhistory-au-nz.org/2012/11/a-pacific-approach-to-conservation-chief-roi-matas-domain-vanuatu/|titlu=A Pacific approach to conservation: Chief Roi Mata’s Domain, Vanuatu|aċċessisem=2021|data=2012-0211-26|isem=administrator27|lingwa=en-AU|dataaċċess=2012-11-27}}</ref> u l-borġ ġebel kbir li waqa’ mis-saqaf tħalla fejn id-daħla. Kif wieħed jaqbeż dan il-ġebel, u jixgħel id-dawl b’xi torċ fl-għar vojt (ħlief għal xi [[Farfett il-lejl|friefet il-lejl]] li jgħixu fih) mill-ewwel jista’ jilmaħ it-tpinġijiet suwed fuq il-ħitan tal-għar b’għamliet li jingħad li huma ta’ [[Baliena|balieni]], ta’ xeni tal-[[kaċċa]] u tat-[[tbaħħir]], u tal-Kap Roi Mata nnifsu. L-[[erożjoni]] tal-għar hija kostanti u t-trab jidher nieżel il-ħin kollu mis-saqaf; għaldaqstant minħabba s-sogru ta’ xi ċediment, il-ħin fl-għar issoltu jkun limitat għal ftit minuti. Sakemm ma jsirx xi intervent biex is-saqaf tal-għar jintrifed u jiġu protetti t-tpinġijiet antiki, dejjem se jibqa’ jkun hemm ir-riskju li dan il-wirt jinqered u jintilef.<ref>{{Ċita web|url=https://www.aicomos.com/wp-content/uploads/wilsonballardandkalotiti.pdf|titlu="Meredith Wilson, Chris Ballard and Douglas Kalotiti; Chief Roi Mata's Domain - Challenges facing a World Heritage-nominated property in Vanuatu” (PDF)|aċċess=26-02-2021}}</ref>
[[Stampa:Fels Cave Drawings 1.jpg|daqsminuri|274x274px|Uħud mit-tpinġijiet mal-ħitan tal-għar Fels fil-gżira ta’ Lelepa]]
Is-sit ta’ wirt dinji jirrappreżenta l-pajsaġġ rappreżentattiv tas-sistemi ta’ tmexxija tat-tribujiet fl-[[Oċean Paċifiku]]. Is-siti assoċjat mal-Kap Roi Mata jirriflettu l-konverġenza bejn it-tradizzjoni bil-fomm u l-arkeoloġija u huma xhieda tal-persistenza tar-riformi soċjali u tas-soluzzjonijiet dejjiema għall-kunflitti li wettaq Roi Mata u li għadhom rilevanti għall-popolazzjoni lokali tar-reġjun. Dan huwa rifless fl-interazzjoni tal-popolazzjoni lokali mal-ambjent tagħhom tul iż-żmien u fir-rispett lejn il-fdalijiet tanġibbli u l-legat spiritwali u morali tar-riformi soċjali ta’ Roi Mata. Ir-rispett lejn l-awtorità ta’ dan il-Kap antik permezz tal-projbizzjonijiet u tat-tabujiet fir-rigward tar-residenza u l-postijiet funebri ta’ Roi Mata li ilhom jiġu rrispettati għal iktar minn 400 sena, strutturaw il-pajsaġġ lokali u l-prattiki soċjali. Ħafna min-nies lokali jemmnu li l-ispirtu ta’ Roi Mata għadu ħaj permezz ta’ għemilu, u għalhekk għadu sors ta’ setgħa u ta’ ispirazzjoni anke għal Vanuatu fiż-żminijiet kontemporanji.