Jean Picard: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
+defaultsort
Linja 17:
== Xogħol ieħor ==
[[Stampa:CS Sorbonne Picard.jpg|xellug|daqsminuri|232x232px|L-arloġġ tax-xemx ta’ Picard fuq il-pedament ta’ Sorbonne]]
Fl-1670-1671, Picard ivvjaġġa lejn is-sit tal-osservatorju [[Danimarka|Daniż]] ta’ Tycho Brahe, f’[[Uraniborg]], sabiex jivvaluta l-lonġitudni tiegħu b’mod preċiż biex b’hekk ikun jista’ jqabbel il-qari ta’ Tycho ma’ ta' oħrajn.<ref>Débarbat, Suzanne; Wilson, Curtis (2003). "The Galilean satellites of Jupiter from Galileo to Cassini, Roemer and Bradley". In Taton, R.; Wilson, C.; Hoskin, Michael (eds.). ''Planetary Astronomy from the Renaissance to the Rise of Astrophysics.Part A: Tycho Brahe to Newton'''. Cambridge University Press. pp. 150–151. ISBN <bdi>9780521542050</bdi>.</ref><ref>Picard, Jean (1729). "Voyage D'Uranibourg ou Observations Astronomiques faites en Dannemarck". ''Mémoires de l'Académie Royale des Sciences'' (in French). '''7''' (1): 223–264.</ref>
 
Picard ikkollabora u kkorrisponda ma’ bosta xjenzati, fosthom Isaac Newton, [[Christiaan Huygens]], [[Ole Rømer]], [[Rasmus Bartholin]], [[Johann Hudde]], u saħansitra l-kompetitur ewlieni tiegħu, [[Giovanni Cassini]], għalkemm Cassini ma tantx kien ħerqan li jagħmel l-istess miegħu. Dawn il-korrispondenzi wasslu għall-kontributi ta’ Picard f’oqsma tax-[[xjenza]] ’l barra mill-qasam tal-[[ġeodesija]], bħal pereżempju l-aberrazzjoni tad-dawl li osserva meta kien f’Uraniborg<ref>Picard, Jean (1729). "Voyage d'Uranibourg, ou observations astronomiques faites en Dannemarck" [Uranibourg voyage or astronomical observations made in Denmark]. Mémoires de l'Académie royale des sciences (bil-[[Lingwa Franċiża|Franċiż]]). 7: 193–230. pp. 215-216.</ref>, jew l-iskoperta tiegħu tal-fosforexxenza tal-merkurju meta osserva [[barometru]] jiddi b’mod bati.<ref>(Staff) (1676). "Experience faire à l'Observatoire sur la Barometre simple touchant un nouveau Phenomene qu'on y a découvert" [Experiment done at the [Paris] observatory on a simple barometer concerning a new phenomenon that was discovered there]. ''Journal des Sçavans (Paris edition)'' (in French): 112–113.</ref> Din l-iskoperta wasslet għall-istudji ta’ Newton dwar l-ispettru viżibbli tad-dawl.
 
Picard żviluppa wkoll dak li sar il-metodu standard għall-kejl tat-tlugħ ġust ta’ oġġett fl-ispazju. F’dan il-metodu, l-osservatur jirreġistra l-ħin meta oġġett jaqsam il-meridjan tal-osservatur. Picard għamel l-osservazzjonijiet tiegħu bl-użu tal-arloġġ tal-preċiżjoni bil-pendlu li l-fiżiku [[Pajjiżi l-Baxxi|Olandiż]] Christiaan Huygens kien għadu kif żviluppa.<ref>Wolf, Abraham, ''A History of Science, Technology, and Philosophy in the 16th and 17th Centuries,'' vol. 2 ([[Londra]]: George Allen and Unwin, 1950), p. 172.</ref><ref>Wolf, Abraham, ''A History of Science, Technology, and Philosophy in the 16th and 17th Centuries,'' vol. 2 (Londra: George Allen and Unwin, 1950), p. 172.</ref>
 
 
== Legat ==
Line 31 ⟶ 32:
== Referenzi ==
 
{{DEFAULTSORT:Picard, Jean}}
[[Kategorija:Astronomi]]
[[Kategorija:Twieldu fl-1620]]