Għawdex: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 8:
Bħal Malta, l-istorja ta' Għawdex tmur lura sebat elef sena. Hawn instabu siti arkeoloġiċi antiki li xi wħud minnhom huma magħrufa sew, bħal ma hu t-tempju megalitiku tal-[[Ġgantija]] fix-Xagħra. Hu possibli ħafna li l-ewwel nies li għexu fuq il-gżejjer Maltin l-ewwel ma għexu kien f'Għawdex minħabba li din hi l-ewwel gżira li tintlaħaq minn Sqallija, minn fejn ġew l-eqdem abitanti tal-gżejjer Maltin. L-istudjużi jaħsbu li l-ewwel abitanti tal-gżira kienu joqogħdu f'għerien u f'giren.
 
Fil-Perjodu Ruman, Għawdex sar muniċipju għalih, bi flus u tmexxija differenti minn dik ta' Melita.
 
'''Iċ-Ċittadella'''
 
Matul iż-żminijiet, iċ-Ċitadella jew kif l-Għawdxin għadhom isejħula, ‘il-Kastell’ kienet isservi bħala refuġju għall -Għawdxin, l-istess bħalma l-Mdina kienet isservi għall-Maltin, kull meta l-gżejjer tagħna kienu jigu attakkati mill-furbani. Mhux l-ewwel darba li dawn kienu jisbarkaw u jattakkaw lil Għawdex. Ma ninsewx li meta Dragut ma setgħax jieħu dak li ried minn Malta fl-isbark li għamel f’Malta fl-1551, kien dar lejn Għawdex u kaxkar miegħu mall-5000 ruħ bħala skjavi, anke jekk dawn kienu qed jistkennu ġewwa s-swar tal-Kastell.
 
Nafu li ċ-ċitadella  kienet abitata, kemm fiż-żmien il-preistoria (2000-750 Q.K.), kif ukoll fiż-żmien ir-Rumani (madwar l-218 ‘l quddiem). F’dan l-aħħar perjodu nsiebu li kienu nbnew diversi bini pubbliku, bħal per eżempju, tempji lil-allat pagani, kif ukoll monumenti li ġew mibnija f’ġieħ persunaġġi distinti tal-familji imperjali.  Dak iż-żmien il-parti ffortifikata taċ-ċittadella kienet twassal aktar l-isfel milli hija llum, dan biex tkopri u tiproteġi parti kbira mir-Rabat.
 
Meta wieħed iżur iċ-Ċitadella'','' wieħed jinduna li llum din hija kważi vojta mill-abitanti. Biss, il-monumenti storiċi li fiha, jindikaw passat u ħajja oħra aktar vivaċi. Żgur li l-iżjed monument impressjonanti fiċ-Ċitadella huwa l-Katidral li kien imbena bħala knisja matriċi mill-arkitett Lorenzo Gafa, bejn 1697 u 1711.  Fiċ-ċokon tiegħu dan il-katidral xorta jispikka u  jagħti xeħta majjestuża, mibni kif inhu f’ras taraġ wieqaf. L-istatura tiegħu  tesprimi d-devozzjoni tal-Għawdxin lejn il-Madonna u l-fidi tagħhom f’Alla. Dan it-tempju mbena wara li ta’ qablu beda jitlef l-istabbilità tiegħu wara t-terrimot tal-1693.  L-istess kien ġara lil Katidral tal-Mdina, u bħalu din il-knisja kellha tinħatt u tinbena mill-ġdid. Il-Katidral huwa ddedikat lil L-Assunzjoni (Madonna Tiela’ s-Sema’ u  l-festa titulari hi ċċelebrata fil-15 ta’ Awissu. Il-Katidral għandu koppla finta, fis-sens li, minflokk li l-koppla ġiet mibnija, din ġiet impenġija minn ġewwa b’tali mod u manjiera illi meta tħares lejha minn taħt, taħsibha  koppla ta’ veru.  Dan l-affresk huwa xogħol kapulavur tal-pittur Taljan Antonio Pippi. Ma’ dan il-katidral hemm mużew żgħir tal-knisja li huwa ta’ ċertu interess. Quddiem il-Katidral naraw statwi ta’ żewġ papiet: dik ta’ Piju IX, li kien stabilixxa lil Għawdex bħala dioċesi fl-1864, u dik ta’ Ġwann Pawlu II, li kien żar il-Katidral fis 26 ta’ Mejju tal-1990.
 
Iċ-Ċitadella illum għandha ħafna binjiet imfarrka, biss għad fadlilha wkoll ħafna monumenti storiċi li jsebbħuha. Hawn jinsstabu l-Palazz tal-Isqof u l-Qorti li ilhom hemm minn ħafna żmien. Nsibu wkoll il-mużew tal-arkeoloġija f’Casa Bondì. Hemm ukoll il-Mużew tal-Folklor ġo dar antika u ħelwa, kif ukoll jeżisti mużew wkoll tax-xjenza naturali.
 
'''GVERNATUR TA’ GĦAWDEX, IL-'''   Fl-1551, l-awtorità tal-ħakem ta’ Għawdex, jiġifieri dak li kien jippresiedi l-ġurati fil-Kunsill Popolari (jew l-Università), kienet abolita mill-Ordni ta’ San Ġwann. Floku l-Gran Mastru appunta uffiċċjal tal-Ordni biex jagħmilha ta’ Gvernatur tal-gżira. L-ewwel gvernatur li kien appuntat f’din il-kariga kien Fra Galazjan de Sesse, uffiċjal tal-Ordni tal-lingwa ta’ Aragona. Dan l-ewwel gvernatur spiċċa ħażin ħafna għax safa mkaxkar bħala lsir mal-bqija tal-popolazzjoni, meta fl-istess sena li kien maħtur kien seħħ l-iżbark ta’ Dragut. Il-gvernatur ta’ Għawdex kellu s-sedja tiegħu fl-imdina ta’ Għawdex (jiġ., 'il-Kastell', jew kif nafuha llum, iċ-Ċittadella). Dan kien imexxi b’mod awtokratiku, megħjun mill-ġurati tal-Kunsill. Il-gvernatur kien jagħmilha ta’ mħallef (kastellan) ta’ Għawdex. F’kawżi ta’ importanza iżgħar kien hemm il-ġurati u l-kuntistabbli. Normalment, il-gvernatur kien iżomm il-kariga tiegħu għal madwar sena, biss kien hemm bosta li damu aktar minn hekk f’din il-kariga. Fir-rigward tad-difiża tal-gżira, il-Gvernatur kien jiddelega lil-Logutenent-kmandant tiegħu biex imexxi r-riġment tal-Infanterija u mad-disgħin muskettier. Il-gvernatur kellu salarju bażiku ta’ 300 skud fis-sena. Hu kien igawdi wkoll minn taxxi dovuti lilu mill-bdiewa. Fil-knisja Matriċi tal-Kastell, hu kellu siġġu u inġinokkjatur magħmula apposta għalih. Dawn kienu jitqiegħdu fuq il-presbiterju, fuq in-naħa tal-ambone. Il-gvernatur ta’ Għawdex dejjem kien jieħu sehem fil-purċissjonijiet li kienu joħorġu minn din il-knisja.