Lawrence Gonzi: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Żidt infobox
m {{Commonscat}}, DEFAULTSORTJA
Linja 1:
{{Infobox bijografija}}
 
'''Lawrence Gonzi''' ([[Pietà (Malta)|Pietà]], [[1 ta' Lulju]] [[1953]]) huwa avukat u kien Priministru ta' Malta u Kap tal-[[Partit Nazzjonalista (Malta)|Partit Nazzjonalista]] mill-2004 sal-2013. Kien ukoll Speaker tal-Kamra tad-Deputati għal żewg leġislaturi bejn 1988 u 1996.
 
== Qabel il-Politika ==
 
Bin Luigi u Ineż, Lawrence Gonzi huwa ukoll in-neputi tal-Arċisqof [[Mikiel Gonzi]] u huwa miżżewweġ lil Catherine magħrufa bħala Kate, u għandhom tliet ulied: David, Mikela u Paul.
 
Line 11 ⟶ 9:
Ftit wara il-gradwazzjoni tiegħu Gonzi beda jieħu sehem fis-settur volontarju, partikularment fis-settur relatat mad-[[diżabilità]] u l-[[mard mentali]]. Huwa kien ukoll President tal-"Moviment Azzjoni Kattolika ta' Malta" bejn l-1976 u l-1986.
 
== Politika ==
 
Lawrence Gonzi ikkontesta għall-ewwel darba l-elezzjonijiet ġenerali fl-[[1987]] bla suċċess mal-Partit Nazzjonalista. Intgħażel ''Speaker'' tal-[[Kamra tad-Deputati]] fl-[[1988]] u wkoll fl-[[1992]]. Gonzi ikkontesta b'suċċess l-elezzjonijiet tal-[[1996]]. Bħala membru parlamentari fl-oppożizzjoni, serva bħala ''Shadow Minister'' għas-[[Sigurtà Soċjali]]. Matul iż-żmien hu serva bħala Segretarju Parlamentari għall-Grupp Parlamentari Nazzjonalista, ''Whip'' tal-Partit Nazzjonalista, u Segretarju Ġenerali tal-Partit.
 
Line 18 ⟶ 15:
 
=== Priministru 2004-2013 ===
 
Wara r-riżenja tal-eks-Prim Ministru u Kap tal-Partit Nazzjonalista [[Eddie Fenech Adami]], Gonzi rebaħ l-elezzjoni għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista f'elezzjoni li saret fi [[Frar]] [[2004]]. Hu laħaq Prim Ministru f'[[Marzu]] tal-istess sena.
 
Line 26 ⟶ 22:
 
=== Kap tal-Oppożizzjoni ===
 
Nhar l-10 ta' Marzu filgħodu tħabbar li l-[[Partit Laburista (Malta)|Partit Laburista]] għamel waħda mill-akbar rebħiet elettorali fl-istorja politika ta' Malta, meta rebaħ l-[[Elezzjonijiet Ġenerali 2013]] b'maġġoranza ta' 55% jew 35,000 vot. Gonzi mill-ewwel ikkonċeda t-telfa u feraħ lill-Priministru l-ġdid [[Joseph Muscat]]. Huwa ħabbar li kien se jirriżenja minn Kap tal-Partit u kien se jibqa' fil-kariga sakemm il-Partit jagħżel Kap ġdid, kif fil-fatt għamel fit-8 ta' Mejju 2013. Fis-17 ta' Lulju 2013 irriżenja ukoll is-siġġu tiegħu ta' Deputat tal-Kamra u rtira mill-ħajja politika.
 
== Ħoloq esterni ==
{{Commonscat}}
{{commons|Category:Lawrence Gonzi}}
* [http://www.lawrencegonzi.info/ Sit uffiċjali]
* [http://lawrencegonzi.blogspot.com/ Blogg uffiċjali]
* [http://www.pn.org.mt/ Sit uffiċjali tal-Partit Nazzjonalista]
 
{{kaxxa tal-bidu}}
Line 45 ⟶ 40:
{{Prim Ministri ta' Malta}}
 
{{DEFAULTSORTDEFAULTSORTJA:Gonzi,Lawrence}}
[[Kategorija:Nies ħajjin]]
[[Kategorija:Politiċi Maltin]]
Line 52 ⟶ 47:
[[Kategorija:Presidenti tal-Kamra tad-Deputati - Speakers (Malta)]]
[[Kategorija:Politiċi tal-Partit Nazzjonalista (Malta)]]
[[CategoryKategorija:Mexxejja tal-Partit Nazzjonalista (Malta)]]
[[Kategorija:Avukati Maltin]]