Kolugo: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m Removing Link GA template (handled by wikidata)
m ortografija
Linja 23:
| daqs_mappa_firxa = 250px
}}
Il-'''kolugi''', imsejjħaimsejħa bħala '''kobegi''' jew '''lemuri li jtiru''' (għalkemm, dawn la huma [[lemuri]] u l-anqas itiru), huma [[mammiferu|mammiferi]] [[erbivoru|erbivori]] notturni ta' daqs żgħir mifruxin mal-foresti tropikali fin-naħa tax-Xlokk tal-[[Asja]]. Jeżistu biss żewġ [[speċi]] f'żewġ [[ġeneru|ġeneri]], li jiffurmaw il-[[Familja (bijoloġija)|familja]] [[Cynocephalidae]] u l-[[Ordni (bijoloġija)|ordni]] [[Dermoptera]]. Għalkemm huma l-aktar mammiferi kapaċi mill-mammiferi li jipplanaw, dawn xorta ma jistgħux itiru ta' vera.
 
Il-kolugi, għalkemm ta' daqs żgħir, huma pjuttost kbar bħala mammiferi tas-siġar: b'daqs ta' bejn 35 u 40 [[ċentimetru]] fit-tul u minn 1 sa 2 [[kilogramma|kilogrammi]] fil-piż. Is-saqajn u l-idejn huma irqaqrqaq, ta' tul moderat bl-istess qies, denb ta' daqs medju u korporatura ħafifa. Ir-ras hi ċkejkna, b'par għajnejn kbar iħarsu 'l quddiem b'viżjoni binokulari u b'par widnejn żgħar u tondi.
 
Dawn il-mammiferi għandhom membrana ta' ġilda mifruxa bejn il-vojt tal-appendiċi kollha li fl-ebda mammiferu ieħor ma laħqet din il-firxa. Din il-membrana, jew pataġjum, hi mifruxhamifruxa ukollwkoll bejn is-swaba' tal-idejn u tas-saqajn, bejn id-denb u s-saqajn u saħansitra bejn l-idejn u l-għonq. Ġeometrikament, din il-membrana mhuxmhijiex possibli tkun akbar jew aktar mifruxa minn hekk.
 
== Klassifikazzjoni ==