Dun Karm Psaila: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Tags: Reverted VisualEditor
Annulata r-reviżjoni 263576 ta' 46.11.123.35 (Diskussjoni) x
Tag: Undo
Linja 12:
 
== Il-Belt, Tas-Sliema u Ħaż-Żebbuġ ==
Bejn l-1894 u l-1910 hu kien joqgħod fis-Seminarju fejn kien jgħallem. Fl-1917 hu u sħabu kollha l-professuri li kienu jgħallmu fis-Seminarju kellhom iħallu l-kamra personali tagħhom li fiha kienu jgħixu u jorqdu. Mar joqgħod f’dar numru 51, Triq l-Ifran, il-BelcxctBelt, fejn għex għal 26 sena sħaħ. F’dan iż-żmien il-poeta għadda minn solitudni kbira, imbiegħed mir-raħal, minn ħutu u minn sħabu. Kien iħossu “midfun ħaj” f’din id-dar.
 
Fl-1936 telaq mill-Belt u mar joqgħod Tas-Sliema. Bejn Ġunju tal-1940 u Mejju tal-1945 minħabba l-attakki tat-Tieni Gwerra Dinjija, Dun Karm telaq mid-dar ta’ Tas-Sliema u niżel f’raħal twelidu, Ħaż-Żebbuġ. Dun Karm għex l-aħħar parti ta' ħajtu f'[[Tas-Sliema]]. Fis-17 ta’ Ġunju, 1961, Dun Karm telaq minn daru f’Tas-Sliema u daħal l-isptar tax-xjuħ tal-''Blue Sisters''. Fit-13 ta’ Ottubru, 1961, Dun Karm miet fl-4.00 ta' filgħodu. fl-età ta’ 90 sena neqsin biss ħamest ijiem. Nhar il-Ħadd, 15 t’Ottubru, 1961, sar il-funeral fil-Knisja Arċipretali ta’ Ħaż-Żebbuġ u ndifen f’kappella mibnija apposta għalih fiċ-ċimiterju tal-Qalb ta’ Ġesù, f'raħal twelidu, Ħaż-Żebbuġ.
 
 
== Poeta ==