Dun Ġorġ Preca: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Tags: Reverted VisualEditor
m Modifiki annullati ta' 94.17.248.49 (diskussjoni) għall-aħħar verżjoni ta' ToniSant
Tag: Rollback
Linja 23:
Bin Vinċenz, li hu spettur sanitarju mill-Belt, u Natalina imwielda Ceravolo, għalliema mill-Belt, Ġorġ Preca twieled hu ukoll il-Belt [[Valletta]] fit-12 ta' Frar, 1880, f'53, Triq il-Punent, fil-Parroċċa ta' San Duminku. Is-seba' tifel fost disa' aħwa - erbgħa subien u ħamsa bniet. L-ewwel Priministru ta' Malta, [[Joseph Howard]] "kien imħallat sewwa mal-familja Preca", kien ir-raġel tal-kuġina ta' ommu. Ma kinux foqra, tant li kellhom seftura. Tgħammed fis-17 ta' Frar minn Patri Vinċenz Cousin, Dumnikan fil-Knisja ta' Porto Salvo.
 
Ta' 5 snin kien se jegħreq fil-Port il-Kbir imma salvah barklor.merata kellu 6 snin marru joqogħdu B'Kara u ftit wara l-Ħamrun. Irċieva l-Griżma fit-2 t'Awissu 1888 minn idejn l-Isqof Anton Maria Buhagiar, Filfil- Knisja ta' San Gejtanu l-Ħamrun. Daħal abbati. [[Fra Diegu Bonanno|Fra Diegu]] kien profetizzalu "Ġorġ, meta tikber int għad issir qassis u għad tiġi tqaddes f'dan l-istitut (Fra Diegu)".
 
Ħa l-edukazzjoni tiegħu fl-Iskola Primarja tal-Ħamrun. Ta' 12-il sena ta l-eżami għal-Liċeo u għadda mat-tieni darba, f'Settembru 1892. Kienu għaddew 51 minn 131. Kuljum kien jimxiha mill-Ħamrun għal-Liċeo li kien il-Belt, u lura. Kien tajjeb fil-lingwi. Studja l-Latin, it-Taljan, il-Franċiż u l-Ingliż. Ħa premju wkoll għall-kalligrafija.