Dun Karm Psaila: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
+infobox
m tqassim aħjar
Linja 1:
{{Infobox bijografija}}
[[Stampa:KarmPsaila.jpg|thumb|lemin|250px|Dun Karm Psaila <small>bil-korteżija tal-[http://www.akkademjatalmalti.com/ Akkademja tal-Malti]</small>]]{{Infobox bijografija}}
'''Dun Karm Psaila''' ([[Ħaż-Żebbuġ]], [[18 t'Ottubru]] [[1871]] – [[Belt Valletta|Valletta]], [[13 t'Ottubru]] [[1961]]), magħruf sempliċiment bħala '''Dun Karm,''' kien wieħed mill-aqwa poeta Malti ta' kull żmien, u huwa rikonoxxut bħala l-Poeta Nazzjonali ta' Malta. Huwa kiteb l-innu nazzjonali ta' Malta magħruf bħala l-[[L-Innu Malti|Innu Malti]] fl-[[1945]]. Sakemm kellu 40 sena huwa kiteb biss bit-Taljan u l-poeżija tiegħu bit-Taljan kienet ukoll ta' livell għoli u ssemmiet b'tifħir mill-kontemporanji tiegħu.
 
== Saċerdot u Għalliem ==
 
Fl-1885 daħal fis-Seminarju Minuri u tliet snin wara f’dak Maġġuri sabiex jibda t-triq tas-Saċerdozju. Dun Karm studja l-Filosofija fl-1888 u t-Teoloġija fl-1890 fl-Università ta' Malta. Dun Karm ġie ordnat qassis ta' 23 sena fl-[[1894]]
 
Line 13 ⟶ 12:
 
== Il-Belt, Tas-Sliema u Ħaż-Żebbuġ ==
 
Bejn l-1894 u l-1910 hu kien joqgħod fis-Seminarju fejn kien jgħallem. Fl-1917 hu u sħabu kollha l-professuri li kienu jgħallmu fis-Seminarju kellhom iħallu l-kamra personali tagħhom li fiha kienu jgħixu u jorqdu. Mar joqgħod f’dar numru 51, Triq l-Ifran, il-Belt, fejn għex għal 26 sena sħaħ. F’dan iż-żmien il-poeta għadda minn solitudni kbira, imbiegħed mir-raħal, minn ħutu u minn sħabu. Kien iħossu “midfun ħaj” f’din id-dar.
 
Line 28 ⟶ 26:
 
F’Mejju, 1914, dehret l-ewwel ġabra ta’ 15-il poeżija bil-Malti ta’ Dun Karm bl-isem ta’ ''L-ewwel ward'' jew ''Ġemgħa tal-poeżijiet li ktibt bil-Malti'' fis-Sensiela tal-Mogħdija taż-Żmien (għadd 140) li kien jippubblika [[Alfons Maria Galea|Alfons Marija Galea]]. F’Settembru 1920 ħareġ ġabra ta’ 25 poeżija oħra, biex juri kemm l-ilsien Malti meta mħaddem tajjeb, mhu xejn inqas minn ilsna oħrajn. Dan il-ktieb jismu ''Ward ieħor'' jew ''Ġabra oħra ta’ poeżijiet bil-Malti'' u kien iddedikah lil ommu li kienet mietet fl-1909. Fis-sena 1921 kiteb il-poeżija ''Lil ħuti Maltin'' biex ifakkar l-għoti tal-Kostituzzjoni, li iżda xxandret fl-1939 minħabba li l-poeta ma riedx jiċċappas mal-preġudizzji politiċi ta’ dak iż-żmien.
[[Stampa:KarmPsaila.jpg|thumb|lemin|250px|Dun Karm Psaila <small>bil-korteżija tal-[http://www.akkademjatalmalti.com/ Akkademja tal-Malti]</small>]]{{Infobox bijografija}}
 
=== Temi fil-Poeżiji ta' Dun Karm ===
Fil-poeżiji tiegħu, Dun Karm kien jesprimi ruħu l-aktar f'mumenti ta' solitudni, li dejjem kienu akkumpanjati b'sens ta' spiritwalità. Il-poeżija tiegħu tixhed ħafna l-ħajja fl-irħula u tiddeskrivi wkoll il-kampanja u l-ambjent rurali ta' żmienu. Fi kliemu Dun Karm jirnexxielu joħroġ il-kultura Maltija bit-tradizzjonijiet tagħha u l-identità tal-Maltin flimkien mal-kultura letterarja bbażata l-aktar fuq ir-romantiċiżmu Taljan.