Differenza bejn ir-reviżjonijiet ta' "Bażilika Ewfrasjana ta’ Poreč"

→‎Mużajk: kontenut
m (added Category:Katidrali using HotCat)
(→‎Mużajk: kontenut)
 
[[Stampa:Euphrasian Basilica Central Apse Mosaics.JPG|xellug|daqsminuri|319x319px|Il-mużajk fuq l-apsida tal-Bażilika]]
L-iktar karatteristika li tispikka tal-bażilika huma l-mużajk li jmur lura għas-seklu 6.
[[Stampa:Poreč, Euphrasian Basilica, mosaic.JPG|daqsminuri|311x311px|L-art bil-mużajk tal-bażilika preċedenti]]
 
 
 
 
 
 
Il-mużajk fl-arkata trionfali fuq l-apsida jirrappreżenta lil Kristu bi ktieb miftuħ f’idejh bit-test bil-Latin ''Ego sum lux vera'' (Jien id-dawl ta’ vera) bl-Appostli maġenbu, kull wieħed bl-attribut tiegħu. Il-ħnejja taħt il-mużajk fiha medaljuni bil-mużajk bil-Ħaruf t’Alla u r-ritratti ta’ tnax-il martri mara. Il-volta fuq l-apsida hija ddekorata bil-mużajk tal-Madonna bil-Bambin, bilqiegħda fuq it-Tron tas-Smewwiet, taħt girlanda f’id - is-simbolu t’Alla l-Missier. Din hija l-unika xbieha ta’ Omm Alla f’bażilika tal-ewwel Kristjani tal-Punent. Maġenb il-Madonna hemm l-anġli, l-Isqof Ewfrasju, b’mudell tal-knisja f’idejh; hemm ukoll qaddisin lokali, fosthom San Maurus, l-ewwel isqof ta’ Poreč u d-djoċesi ta’ Istria, u l-arċidjaknu Claudius. It-tifel bejn Ewfrasju u Claudius huwa akkumpanjat bl-iskrizzjoni “Ewfrasju, iben l-arċidjaknu”. Ir-ritratti kollha jinsabu fuq mergħa miksija bil-fjuri.
[[Stampa:Poreč, Euphrasian Basilica, mosaic.JPG|daqsminuri|311x311px|L-art bil-mużajk tal-bażilika preċedenti]]Il-mużajk ċentrali bejn it-twieqi tal-apsidi jirrappreżenta t-Tħabbira u ż-Żjara. Fil-mużajk tat-Tħabbira, anġlu jidher jgħolli idu biex jindika messaġġ. F’idu tax-xellug għandu ħatar ta’ messaġġier. Il-Madonna liebsa libsa blu fil-vjola u velu. F’idi tax-xellug għandha raden. Fuq in-naħa l-oħra, il-mużajk jirrappreżenta ż-żjara ta’ Marija lil Eliżabetta. It-tnejn jidhru libsin ilbies saċerdotali kontemporanju b’kappa mimlija żigarelli. Figura żgħira ta’ mara tidher qed tħares minn wara purtiera ta’ dar. It-tliet medaljuni żgħar juru lil [[San Ġwann Battista]], lil Żakkarija u lil anġlu. Bejn dawn iż-żewġ mużajċi kbar hemm oħrajn iżgħar ta’ Kristu żagħżugħ bir-raġġiera, u żewġ martri bil-kuruna tagħhom ta’ martri. Fl-apsida tat-Tramuntana x’aktarx kemm Cosmas u Damjan, filwaqt li fl-apsida tan-Nofsinhar hemm Ursus (jew isqof ieħor ta’ [[Ravenna]]), u Severus.
 
Il-ħajt tal-faċċata tal-apsida għandu qisu gwarniċ b’faxx dejjaq iddekorat mimli tfaħħir lil Ewfrasju u x-xogħlijiet tiegħu. Il-parti t’isfel tal-apsida hija ddekorata b’ħaġriet tal-madreperla. Parti minn dawn ġew minn zokkli preċedenti. Jikkonsistu minn 21 għalqa bi 11-il dekorazzjoni differenti. Fin-nofs hemm it-tron tal-isqof, u maġenbu żewġ gandlieri.
 
== ''Ciborium'' ==
L-apsida hija ddominata miċ-ciborium tal-irħam, immudellat fuq dak tal-Bażilika ta’ San Mark f’[[Venezja]]<ref>Jeanne Oliver, ''Croatia'', pg. 146, Lonely Planet Publications (2005), ISBN 1-74059-487-8.</ref>, li nbena fl-1277 skont l-ordnijiet ta’ Otto, l-Isqof ta’ Poreč. Il-baldakkin, iddekorat bil-mużajk, iserraħ fuq erba’ kolonni tal-irħam li kienu l-istess taċ-''ciborium'' preċedenti tas-seklu 6. Il-parti ta’ quddiem tal-baldakkin fiha rappreżentazzjonijiet ta’ xeni mill-ħajja ta’ Marija sat-Tħabbira. Fis-seklu 15, l-Isqof [[Johann Porečanin]] ordna mill-[[Italja]] riljiev [[Rinaxximent|Rinaxximentali]] għall-antependju tal-artal, magħmul mill-fidda. Il-polittiku tal-pittur Venezjan [[Antonio Vivarini]] jmur lura għall-istess perjodu. L-''Aħħar Ċena'', impittra minn Palma ż-Żgħir hija xogħol [[Barokk]].
 
== Referenzi ==
2,471

modifiki