Ekwazzjoni ta' Schrödinger: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
 
Linja 5:
=== Kuntest storiku ===
 
Fil-bidu tas-seklu XX, kien jidher ċar li d-dawl juri d-[[dwalità mewġa-partiċella]], jiġifieri jista' jidher, skont iċ-ċirkostanzi, kemm bħala partiċella, il-[[foton]], u kemm bħala [[mewġa elettromanjetika]]. [[Louis de Broglie]] imbagħad ippropona li għandna niġġeneralizzaw id-dwalità għall-partiċelli magħrufa kollha allavolja l-ipoteżi kienet ħa toħloq paradoss għall-[[elettron]]i li kien ikollhom ikunu jistgħu jagħmlu [[interferenza]] bħad-dawl, ħaġa li ġiet verifikata wara mill-esperiment ta' Davisson-Germer. Bl-istess mod bħallbħal fil-każ tal-[[foton]], Louis de Broglie assoċja ma' kull partiċella ħielsa ta' enerġija <math>\displaystyle{E}</math> u momentu <math>\displaystyle{p}</math> frekwenza <math>\displaystyle{\nu}</math> u tul tal-mewġa <math>\displaystyle{\lambda}</math> :
:<math>\left\{\begin{matrix}E=h\nu\\p=h/\lambda\end{matrix}\right.</math>.
 
Linja 24:
Din l-analoġija induna biha [[William Rowan Hamilton|Hamilton]] fl-1843, imma dan ma kellux għalfejn jiddubita l-validità tal-mekkanika klassika. Wara li De Broglie ħareġ bl-ipoteżi tiegħu fl-1923, Schrödinger qal lilu nnifsu <ref>Schrödinger iddiskuta fid-detal ir-relazzjoni bejn il-mekkanika Hamiltonjana u l-ottika fit-tieni ''mémoire'' tal-1926 (ara l-biblijografija). Cf. Walter Moore ; ''Schrödinger - Life & Thought'', Cambridge University Press (1989).</ref> : la l-ekwazzjoni eikonali hija approssimazzjoni tal-ekwazzjoni tal-mewġa fl-ottika ondulatorja, għaliex ma nfittxux l-ekwazzjoni tal-mewġa fil-"mekkanika ondulatorja" li l-approssimazzjoni tagħha tkun l-ekwazzjoni ta' Hamilton-Jacobi. U hekk għamel, l-ewwel għal mewġa stazzjonarja (''E'' = kostanti), u mbagħad għal liema mewġa tkun kif tkun<ref>Min hu kurjuż jista' jara d-dettalji ta' din id-derivazzjoni f': Herbert Goldstein ; ''Classical mechanics'', Addison-Wesley (2ni edizzjoni-1980), paragrafu 10.8, pp. 484-492.</ref>.
 
Rimarka : Schrödinger kien beda jittratta l-każ ta' partiċella relativistika – kif kien għamel deDe Broglie qablu<ref>Abraham Païs ; ''Inward Bound'', Oxford University Press (1986).</ref>. Kien kiseb l-ekwazzjoni li llum tissejjaħ bl-isem l-[[ekwazzjoni ta' Klein-Gordon]], imma meta sab li l-applikazzjoni tiegħu għall-każ tal-potenzjal Coulombjan tagħti livelli tal-enerġija li ma jaqblux mar-riżultati tal-esperimenti għall-atomu tal-idroġenu<ref>Il-formola ta' Balmer li kiseb kienet korretta, imma l-istruttura fina ma kienitx.</ref>, reġa' ntefa' fuq il-każ mhux relativistiku, bis-suċċess li jaf kulħadd.
 
<div class="NavFrame" style="border:none;"><div class="NavHead"