Journal de Malte: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 5:
Fis-27 ta' Ġunju 1798, ftit wara l-Invażjoni Franċiża u l-okkupazzjoni ta' Malta, [[Claude-Henri Belgrand de Vaubois]] approva talba li teoretikament kienet tippermetti l-libertà tal-istampa fil-gżejjer. Minkejja dan, il-gvern żamm kontroll sħiħ fuq kwalunkwe pubblikazzjoni.<ref name="times2019-07-14">Joseph F. Grima ''It happened this month: The publication of Malta’s first newspaper'' [https://timesofmalta.com/articles/view/it-happened-this-month-the-publication-of-maltas-first-newspaper.721741] Times of Malta 14 ta' Lulju 2019 [https://web.archive.org/web/20200627211037/https://timesofmalta.com/articles/view/it-happened-this-month-the-publication-of-maltas-first-newspaper.721741]</ref>
 
Jaħsbu li l-ewwel ħarġa tal-''Journal de Malte ''ġiet ippubblikata fl-14 ta' Lulju 1798, u din kienet l-ewwel gazzetta li qatt ġiet ippubblikata fil-Gżejjer Maltin. Jeżisti wkoll prospett għal gazzetta oħra intitolata'' Malta Libera'', iżda l-ebda kopja ta' din il-pubblikazzjoni qatt ma nstabet sa issa u hemm spekulazzjoni li ''Malta Libera'' seta' kien l-isem oriġinali ppjanat għall-''Journal de Malte'', iżda l-isem inbidel qabel ma ġiet ippubblikata l-ewwel ħarġa. Fit-28 ta' Lulju, Jean de Boisredon de Ransijat kiteb lil [[Napuljun]] li l-għan tal-ġurnal kien "li jissodisfa l-iskop doppju ta' tifħir b'dinjità l-intrapriżi l-ġodda u glorjużi ta' Napuljun, u li jilluminajinforma lilll-Maltin dwar il-vantaġġi tal-unjoni tagħhom ma' Franza."<ref name ="times2019-07-14"/> L-editur tal-gazzetta kien Michel-Louis-Étienne Regnaud de Saint-Jean d'Angély.<ref name ="hanley2005"/>
 
Il-gazzetta kellha ħajja qasira u l-pubblikazzjoni twaqqfetwaqfet f’Settembru wara li r-ribelljoni kontra l-okkupazzjoni Franċiża faqqgħet fost il-poplu Malti.<Ref name ="times2019-07-14"/>
 
== Format u kontenut ==