Content deleted Content added
No edit summary
Linja 72:
 
:Qed nieħu gost tassew narak tipporva tifhem kif jaħdem Wikidata. Jien domt ftit biex fhimt, u fil-verità għadni nitgħallem ċertu affariejiet bażiċi [https://linkeddigitalfuture.ca/wikidata/ f'kors dwar Wikidata li qed insegwi] ma' [[Utent:Nevborg|Nevborg]]. Milli qed tgħid int mill-ġdid, iqumu żewġ punti: (1) Wikidata huwa wiki -- jekk tara xi ħaġa nieqsa/ħażina tista' żżidha/tirranġha, u (2) f'en.wp hemm numru kbir ħafna ta' edituri, amministraturi u voluntiera oħra li għandhom il-ħin u r-riżorsi jagħmlu prodott, kif qed tgħid tajjeb int, ħafna aħjar. Fuq en.wp iddeċidew li l-infoboxes ikompli jħaddmuhom manwalment għalissa, anke għax Wikidata għadu jiġi żviluppat. Aħna fuq mt.wikipedia għandna biss farka mir-riżorsi li hemm fuq en.wp, allura l-użu ta' infoboxes minn Wikidata huwa essenzjali għalina. U mhux biss infoboxes, skont jien, imma anke nebbieta ta' ċertu tipi, kif qed jiddiskutu fil-proġett [[meta:Abstract Wikipedia]], magħruf ukoll bħala Wikifunctions. Però fadal ħafna xi jsir qabel naslu hemm. Grazzi dejjem! -- [[Utent:ToniSant|ToniSant]] ([[Diskussjoni utent:ToniSant|d]]) 09:39, 15 Frar 2021 (UTC)
::Hekk hu, il-Wikidata huwa wiki, u m'hemmx dubju li se nsibu ħafna każijiet ta' informazzjoni nieqsa jew mhux korretta fil-Wikidata wkoll. Naħseb tajjeb li niddedikaw ftit ħin u riżorsi biex nikkoreġu dawn in-nuqqasijiet fejn insibuhom. Biex nagħti eżempju, bħal ma qal tajjeb [[Utent:Leli Forte|Leli Forte]], fil-Wikidata ta' [[Erwin Schrödinger]] id-Dublin Institute of Advanced Studies ma kienx imniżżel bħala impjegatur. Dħalt fil-Wikidata u żidtha, ħalli tidħol fl-infobox. Tajjeb ngħidu li din se tgħin mhux lilna biss, imma lil kull min juża l-Wikidata fil-futur (wikis ta' pajjiżi oħra żgħar, per eżempju), u x-xogħol li jagħmlu huma fuq il-Wikidata se jgħin lilna. --[[Utent:Nevborg|Nevborg]] ([[Diskussjoni utent:Nevborg|d]]) 10:07, 16 Frar 2021 (UTC)
 
== Irfinat għall-Mudelli tar-Referenzi ==