Content deleted Content added
No edit summary
Linja 70:
 
Qed jiġuni xi dubji dwar is-serjetà tal-informazzjoni fl-infoboxes mill-wikidata. Jekk inħarsu lejn [[Erwin Schrödinger]] pereżempju naraw li dan qatta' 17-il sena fid-Dublin Institute of Advanced Studies imma dan lanqas jidher biss taħt '''impjegaturi''' waqt li jidhru ħafna postijiet li forsi impjegawh għal ħames minuti. Naħseb l-infoxbox fil-wiki bl-Ingliż hi ħafna aħjar: [https://en.wikipedia.org/wiki/Erwin_Schr%C3%B6dinger] —[[Utent:Leli Forte|Leli Forte]] ([[Diskussjoni utent:Leli Forte|d]]) 13:40, 14 Frar 2021 (UTC)
 
:Qed nieħu gost tassew narak tipporva tifhem kif jaħdem Wikidata. Jien domt ftit biex fhimt, u fil-verità għadni nitgħallem ċertu affariejiet bażiċi [https://linkeddigitalfuture.ca/wikidata/ f'kors dwar Wikidata li qed insegwi] ma' [[Utent:Nevborg|Nevborg]]. Milli qed tgħid int mill-ġdid, iqumu żewġ punti: (1) Wikidata huwa wiki -- jekk tara xi ħaġa nieqsa/ħażina tista' żżidha/tirranġha, u (2) f'en.wp hemm numru kbir ħafna ta' edituri, amministraturi u voluntiera oħra li għandhom il-ħin u r-riżorsi jagħmlu prodott, kif qed tgħid tajjeb int, ħafna aħjar. Fuq en.wp iddeċidew li l-infoboxes ikompli jħaddmuhom manwalment għalissa, anke għax Wikidata għadu jiġi żviluppat. Aħna fuq mt.wikipedia għandna biss farka mir-riżorsi li hemm fuq en.wp, allura l-użu ta' infoboxes minn Wikidata huwa essenzjali għalina. U mhux biss infoboxes, skont jien, imma anke nebbieta ta' ċertu tipi, kif qed jiddiskutu fil-proġett [[meta:Abstract Wikipedia]], magħruf ukoll bħala Wikifunctions. Però fadal ħafna xi jsir qabel naslu hemm. Grazzi dejjem! -- [[Utent:ToniSant|ToniSant]] ([[Diskussjoni utent:ToniSant|d]]) 09:39, 15 Frar 2021 (UTC)
 
== Irfinat għall-Mudelli tar-Referenzi ==