Monument: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
mNo edit summary
Tags: VisualEditor Modifika bil-mowbajl Modifika mill-web għall-mowbajl
kontenut u stampi
Linja 1:
[[Stampa:Valletta skyline.jpg|daqsminuri|Veduta tal-[[Valletta|Belt Valletta]] u l-koppla tal-[[Pro-Katridral ta’ San Pawl]] minn [[tas-Sliema]], [[Malta]]]]
'''Monument''' huwa tip ta’ struttura li tkun inħolqot espliċitament biex tikkommemora persuna jew avveniment, jew li tkun saret rilevanti għal grupp soċjali bħala mafkar tagħhom ta’ żminijiet storiċi jew ta’ wirt kulturali, minħabba l-importanza artistika, storika, politika, teknika jew arkitetturali tagħha. Uħud mill-ewwel monumenti kienu xi dolmen jew menħir, kostruzzjonijiet megalitiċi li nbnew għal skopijiet reliġjużi jew funebri.<ref>Caves, R. W. (2004). ''Encyclopedia of the City''. Routledge. p. 470. ISBN <bdi>978-0415252256</bdi>.</ref> Fost l-eżempji ta’ monumenti nsibu statwi, imfakar (tal-gwerra), binjiet storiċi, siti arkeoloġiċi, u assi kulturali. Jekk ikun hemm interess pubbliku biex jiġi ppreservat, monument jista’ perżempju jiġi elenkat bħala Sit ta’ Wirt Dinji tal-[[UNESCO]].<ref>"Preserving Cultural Heritages". ''wmf.org''. World Monument Fund. RetrievedAċċessat 20132021-1001-2324.</ref>
 
== Etimoloġija ==
Linja 11:
 
Għaldaqstant, il-qafas tad-definizzjoni tat-terminu monument jiddependi fuq il-kundizzjonijiet attwali tal-qafas storiku. Barra minn hekk, hemm ukoll aspetti mehmuża mal-Kultura ta’ Mafkar, mal-memorja kulturali, kif ukoll ma’ kwistjonijiet dwar il-kunċetti tal-isfera pubblika u li persuna jew avveniment jibqgħu mfakkra tul iż-żmien, u mal-għamla u mal-kontenut tal-monument stess. Mill-perspettiva storika tal-arti, id-dikotomija tal-kontenut u tal-għamla twassal għall-problema tal-“kapaċità lingwistika” tal-monument. Huwa ċar li l-element lingwistiku huwa element importanti ta’ monument u spiss jiġi rrappreżentat f’“monumenti mhux oġġettivi” jew “arkitetturali”, minn tal-inqas bi plakka. F’dan ir-rigward, hemm ukoll ir-rabta bejn il-mekkaniżmi soċjali u l-Kultura ta’ Mafkar, fosthom l-aċċettazzjoni tal-monument bħala oġġett, il-kontenuti li jqanqal u l-impatt ta’ dawn il-kontenuti.
[[Stampa:Butte du Lion 2011 Belgium - panoramio.jpg|daqsminuri|Il-quċċata tal-[[għolja tal-iljun]] fil-Belġju li tfakkar il-[[Battalja ta’ Waterloo|Battalja ta’ Waterloo.]]]]
Sikwit il-monumenti jintużaw biex itejbu d-dehra ta’ belt jew ta’ post. Bliet ippjanifikati, bħal ngħidu aħna [[Washington D.C.]], [[New Delhi]] u [[Brasília]] spiss jinbnew madwar il-monumenti. Pereżempju, [[L’Enfant]] ikkonċepixxa l-post fejn jinsab il-Monument ta’ Washington sabiex jgħin fl-organizzazzjoni tal-ispazju pubbliku fil-belt, saħansitra qabel id-disinn jew il-kostruzzjoni tagħha. Bliet eqdem ikollhom monumenti f’postijiet li diġà jkunu importanti jew xi kultant jiġu ddisinjati mill-ġdid biex jiffukaw fuq post importanti. Kif issuġġerixxa [[Shelley]] fil-poeżija famuża tiegħu [[Ozymandias]] (“''Look on my works, ye Mighty, and despair!”''), l-iskop tal-monument ikun li jimpressjonaw jew li jqanqlu suġġestjoni.
 
L-istrutturi li jkunu nħolqu għal skopijiet oħra u li jsiru magħrufa minħabba ż-żmien li għadda minn fuqhom, id-daqs u/jew l-importanza storika tagħhom jistgħu jitqiesu wkoll bħala monumenti, bħalma ġara pereżempju fil-każ tal-[[Ħajt il-Kbir taċ-Ċina]]. Dan jista’ jiġri wkoll minħabba xi avveniment ta’ importanza kbira li jkun seħħ hemmhekk, ngħidu aħna l-monument tal-għolja tal-iljun fil-Belġju li jfakkar il-Battalja ta’ Waterloo. F’ħafna pajjiżi, il-kunċett ta’ monument antik (jew formulazzjoni simili bħal proprjetà kulturali) jintuża għad-deżinjazzjoni uffiċjali ta’ strutturi protetti jew ta’ siti arkeoloġiċi li oriġinarjament jaf kienu binjiet ordinarji.
Sikwit il-monumenti jintużaw biex itejbu d-dehra ta’ belt jew ta’ post. Bliet ippjanifikati, bħal ngħidu aħna [[Washington D.C.]], [[New Delhi]] u [[Brasília]] spiss jinbnew madwar il-monumenti. Pereżempju, [[L’Enfant]] ikkonċepixxa l-post fejn jinsab il-Monument ta’ Washington sabiex jgħin fl-organizzazzjoni tal-ispazju pubbliku fil-belt, saħansitra qabel id-disinn jew il-kostruzzjoni tagħha. Bliet eqdem ikollhom monumenti f’postijiet li diġà jkunu importanti jew xi kultant jiġu ddisinjati mill-ġdid biex jiffukaw fuq post importanti. Kif issuġġerixxa [[Shelley]] fil-poeżija famuża tiegħu [[Ozymandias]] (“''Look on my works, ye Mighty, and despair!”''), l-iskop tal-monument ikun li jimpressjonaw jew li jqanqlu suġġestjoni.
[[Stampa:The Great wall - by Hao Wei.jpg|daqsminuri|Il-Ħajt il-Kbir taċ-[[Ċina]].]]
Spiss il-monumenti jkollhom l-għan li jikkomunikaw xi tagħrif storiku jew politiku, u għaldaqstant jistgħu jiżviluppaw qawwa soċjopolitika attiva. Jistgħu jintużaw biex isaħħu l-preminenza ta’ qawwa politika kontemporanja, pereżempju d-diversi statwi ta’ [[Lenin]] fl-[[Unjoni Sovjetika]]. Jistgħu jintużaw biex jedukaw lill-popolin dwar avvenimenti jew personaġġi importanti mill-imgħoddi, ngħidu aħna permezz tal-għoti ta’ isem ġdid iktar kontemporanju, pereżempju l-Putirjal sar magħruf bħala Bieb il-Belt qabel twaqqa’ fil-proġett ta’ [[Renzo Piano]] ta’ mmodernizzar tad-daħla tal-[[Belt Valletta]]. Sabiex jaqdi l-funzjonijiet informattivi u edukattivi tiegħu, monument jeħtieġ ikun miftuħ għall-pubbliku, li jfisser li d-dimensjoni spazjali kif ukoll il-kontenut tiegħu jkunu jistgħu jitgawdew mill-pubbliku u jkunu sostenibbli. Għalhekk, ħafna drabi monument ikun jinsab fi spazju pubbliku jew jiġi ppreżentat pubblikament sabiex tiġi spjegata t-tifsira tiegħu.
 
It-tifsira soċjali tal-monumenti qajla tkun fissa u frekwentement tiġi kkontestata minn gruppi soċjali differenti. Bħala eżempju, filwaqt li minn naħa l-eks Stat Soċjalista tal-Ġermanja tal-Lvant jaf kienu jħarsu lejn il-Ħajt ta’ Berlin bħala mezz ta’ protezzjoni mill-impurità ideoloġika tal-Punent, min-naħa l-oħra d-dissidenti u oħrajn jaf kienu jargumentaw li kien simbolu tar-repressjoni u tal-paranojja inerenti ta’ dak l-istat.
L-istrutturi li jkunu nħolqu għal skopijiet oħra u li jsiru magħrufa minħabba ż-żmien li għadda minn fuqhom, id-daqs jew l-importanza storika tagħhom jistgħu jitqiesu wkoll bħala monumenti.
 
== Tipi ==
 
* Parametri referenzjarji li jitnaqqxu jew jitpoġġew minn aġezija tal-gvern jew kumpanija privata.
* Binjiet ikoniċi, li s-soltu jinbnew b’xi karatteristika straordinarja, ngħidu aħna jkunu l-ogħla, l-ikbar, jew ikollhom disinn li jiddistingwihom minn binjiet oħra.
* Ċenotaffji (bil-ħsieb li jagħtu ġieħ lill-mejtin li jkunu midfuna xi mkien ieħor) u mfakar oħrajn li jikkommemoraw lill-mejtin.
* Monumenti tal-[[Kristjaneżmu|Kristjaneżimu]] (knejjes, kappelli, katidrali, eċċ.) li jikkommemoraw il-mewt ta’ xi martri jew qaddis fejn il-qabar tagħhom u li jintużaw għal skopijiet reliġjużi.
* Kolonni, li sikwit ikollhom xi statwa fuqhom.
* Fjammi eterni li qatt ma jitħallew jintfew, pereżempju xi ħuġġieġa quddiem monumenti jew imfakar tal-gwerra.
* Funtani u strutturi tal-ilma li s-soltu jkunu jinsabu fil-ġonna jew fil-pjazez ewlenin.
* Lapidi u monumenti żgħar iddedikati lill-mejtin, li jitpoġġew quddiem l-oqbra tagħhom.
* Mawżolej u oqbra li jagħtu ġieħ lill-mejtin bħat-Taj Mahal, f’Agra, l-Indja.
* Monoliti eretti għal skopijiet reliġjużi jew kommemorattivi bħat-tempji megalitiċi tal-[[Ġgantija]], [[Għawdex]].
* Monumenti tal-[[Iżlam]] (moskej, minareti, eċċ.) li ġeneralment ikollhom xi kalligrafija Iżlamika u disinni ġeometriċi tas-sengħa..
* Għoljiet magħmula minn borġ ġebel jew trab li jikkommemoraw xi mexxejja jew avvenimenti kbar.
* Obeliski, li normalment jiġu eretti biex jikkommemoraw xi mexxejja kbar.
* Palazzi u residenzi rjali imponenti li jinbnew bil-ħsieb li jimpressjonaw lin-nies bil-ġmiel u bil-kobor tagħhom.
* Dwal lejn is-sema, bħal dak fil-Mafkar u l-Mużew Nazzjonali tal-11 ta’ Settembru, fi New York, l-Istati Unit.
* Statwi ta’ individwi jew simboli famużi.
* Tempji jew strutturi reliġjużi li jinbew għall-pellegrinaġġi, għar-ritwali jew għal skopijiet kommemorattivi.
* Monumenti urbani fit-toroq prinċipali tal-bliet u l-irħula.
* Arkati, mini u bibien ewlenin, li kważi dejjem ifakkru xi suċċess militari, bħal pereżempju Bieb il-Bombi fil-[[Furjana]] jew il-Mina ta’ Hompesch f’[[Ħaż-Żabbar]].
* Imfakar jew monumenti tal-gwerra.
 
[[Stampa:Taj Mahal in March 2004.jpg|daqsminuri|Il-mawżolew tat-Taj Mahal, f’Agra, l-[[Indja]].]]
 
== Referenzi ==
Line 20 ⟶ 49:
[[Kategorija:Monumenti]]
[[Kategorija:Storja kulturali]]
<references />
[[Stampa:Colosseum in Rome-April 2007-1- copie 2B.jpg|daqsminuri|Il-Kolossew ta’ Ruma, l-Italja]]
[[Stampa:Unique Moment with the Moon and Christ the Redeemer 3.jpg|xellug|daqsminuri|L-istatwa ta’ Kristu Redentur, f’Rio de Janeiro, il-[[Brażil]].]]