Monument: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 9:
[[Stampa:Paris - Eiffel Tower - Daniel Lobo.jpg|daqsminuri|It-[[Torri Eiffel]], fil-qalba ta’ [[Pariġi]], [[Franza]]]]
Il-monumenti ilhom jinħolqu minn żmien żemżem, u spiss ikunu l-iktar simboli dejjiema u famużi taċ-ċivilizzazzjonijiet antiki. Għadd ta’ tumuli, dolmen u strutturi preistoriċi simili nħolqu minn diversi kulturi preistoriċi madwar id-dinja, u ħafna tipi ta’ oqbra monumentali tal-iktar membri għonja u setgħana ta’ soċjetà spiss ikunu s-sors ta’ ħafna mit-tagħrif tagħna dwar l-arti u dwar dawk il-kulturi.<ref>Patton, Mark (1993) ''Statements in Stone: Monuments and Society in Neolithic Brittany''. Routledge, London, <nowiki>ISBN 0415067294</nowiki>, pp. 1-7</ref> Bl-istess mod kif is-soċjetajiet saru organizzati fuq skala akbar, il-monumenti bħall-[[Piramidi Eġizzjani]], il-[[Partenon]] tal-[[Greċja]], il-Ħajt il-Kbir taċ-[[Ċina]], it-[[Taj Mahal]] tal-[[Indja]] jew il-Moai ta’ [[Rapa Nui]], iċ-[[Ċili|Ċilì]], saru għeġubijiet li wieħed lanqas biss tgħaddilu minn rasu li jeqridhom u li saru simboli taċ-ċivilizzazzjonijiet li bnewhom. Fi żminijiet iktar reċenti, strutturi monumentali bħall-[[Istatwa tal-Libertà]] u t-[[Torri Eiffel]] saru emblemi ikoniċi tal-pajjiżi fid-dinja moderna. It-terminu ‘monumentalità’ jorbot l-istatus simboliku mal-preżenza fiżika ta’ monument. F’dan il-kuntest, l-istoriku tal-arti [[Ġermanja|Ġermaniż]] Helmut Scharf jiddikjara li “Monument jeżisti fl-għamla ta’ oġġett iżda anke bħala simbolu tiegħu. Bħala simbolu tal-lingwa, monument is-soltu jirreferi għal xi ħaġa konkreta, u qajla, f’xi każijiet, jirreferi għal xi ħaġa metaforika ... Monument jista’ jkun simbolu tal-lingwa għal diversi monumenti ... jew għal monument wieħed biss, iżda f’sens usa’ jista’ jirreferi wkoll għal kważi kull oġġett magħruf fl-orizzonti tal-għarfien. ... Dak li jitqies bħala monument jiddependi dejjem fuq l-importanza li jehmeż lill-kuxjenza prevalenti jew tradizzjonali ta’ sitwazzjoni storika u soċjali speċifika.”
 
Għaldaqstant, il-qafas tad-definizzjoni tat-terminu monument jiddependi fuq il-kundizzjonijiet attwali tal-qafas storiku. Barra minn hekk, hemm ukoll aspetti mehmuża mal-Kultura ta’ Mafkar, mal-memorja kulturali, kif ukoll ma’ kwistjonijiet dwar il-kunċetti tal-isfera pubblika u li persuna jew avveniment jibqgħu mfakkra tul iż-żmien, u mal-għamla u mal-kontenut tal-monument stess. Mill-perspettiva storika tal-arti, id-dikotomija tal-kontenut u tal-għamla twassal għall-problema tal-“kapaċità lingwistika” tal-monument. Huwa ċar li l-element lingwistiku huwa element importanti ta’ monument u spiss jiġi rrappreżentat f’“monumenti mhux oġġettivi” jew “arkitetturali”, minn tal-inqas bi plakka. F’dan ir-rigward, hemm ukoll ir-rabta bejn il-mekkaniżmi soċjali u l-Kultura ta’ Mafkar, fosthom l-aċċettazzjoni tal-monument bħala oġġett, il-kontenuti li jqanqal u l-impatt ta’ dawn il-kontenuti.
 
Sikwit il-monumenti jintużaw biex itejbu d-dehra ta’ belt jew ta’ post. Bliet ippjanifikati, bħal ngħidu aħna [[Washington D.C.]], [[New Delhi]] u [[Brasília]] spiss jinbnew madwar il-monumenti. Pereżempju, [[L’Enfant]] ikkonċepixxa l-post fejn jinsab il-Monument ta’ Washington sabiex jgħin fl-organizzazzjoni tal-ispazju pubbliku fil-belt, saħansitra qabel id-disinn jew il-kostruzzjoni tagħha. Bliet eqdem ikollhom monumenti f’postijiet li diġà jkunu importanti jew xi kultant jiġu ddisinjati mill-ġdid biex jiffukaw fuq post importanti. Kif issuġġerixxa [[Shelley]] fil-poeżija famuża tiegħu [[Ozymandias]] (“''Look on my works, ye Mighty, and despair!”''), l-iskop tal-monument ikun li jimpressjonaw jew li jqanqlu suġġestjoni.
 
L-istrutturi li jkunu nħolqu għal skopijiet oħra u li jsiru magħrufa minħabba ż-żmien li għadda minn fuqhom, id-daqs jew l-importanza storika tagħhom jistgħu jitqiesu wkoll bħala monumenti.
 
== Referenzi ==