Eġizzjan demotiku: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
mNo edit summary
 
Linja 1:
[[Stampa:DemoticScriptsRosettaStoneReplica.jpg|250px|thumb|Kitba demotika fuq l-[[SteleĠebla ta' Rosetta|istele ta' Rosetta]]]]
It-terminu '''demotiku''' (mill-Grieg δημοτικά/''dêmotiká'' "popolari"), ifisser fil-kuntest tal-Eġittoloġija, tip ta' kitba jew il-fażi tal-lingwa Eġizzjana li nkitbet biha, biex issir distinzjoni mill-forom [[Kitba jeratika|jeratiċi]] u [[Ġeroglifiċi Eġizzjani|ġeroglifiċi]].
 
Il-kitba demotika bdiet fl-epoka tad-dinastija sittax Eġizzjana. L-ewwel eżempju magħruf ġej minn żmien [[Wahibra Psametek|Psametek I]] (664-610 QK). Id-demotika hija semplifikazzjoni tal-[[Kitba jeratika|jeratika]], li hi nifsha semplifikazzjoni tal-[[Ġeroglifiku linjari|ġeroglifiċi linjari]]. Din il-kitba x'aktrax ġiet f'tagħha fl-ambjent tal-politika wiesgħa ta' riformi amministrattivi mwettqa mill-Fargħuni tad-dinastija sitta u għoxrin Eġizzjana. L-għadd dejjem jikber ta' dokumenti maħluqin mill-iskribi ħtieġ kalligrafija kursiva u aktar mgħaġġla mill-jeratika. Mis-[[Sajis]], id-demotika infirxet mal-Eġittu kollu. Il-jeratika hekk tilfet ir-rwol amministrattiv tagħha u ġiet limitata għal dokumenti reliġjużi, minn fejn ġej isimha.
 
Id-demotika hi waħda mit-tliet kitbiet użati fuq il-famuża [[Ġebla ta' Rosetta|Stele ta' Rosetta]], flimkien mal-[[alfabett Grieg|Grieg]] u l-[[Ġeroglifiċi Eġizzjani|kitba ġeroglifika]], -
l-iskrizzjoni tal-perjodu Tolemajk li ppermettiet lil [[Jean-Francois Champollion|Champollion]] li jiddeċifra l-ġeroglifiċi.