Ġebla ta' Rosetta: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m ladarba ToniSant ħa ħsieb jibdel l-ispelling tal-kunċett inizjali, ħadt ħsieb naġġorna għal Rosetta kullimkien kif xtaqt nagħmel mill-bidu.
kontenut dwar l-istele oriġinali
Linja 1:
[[Stampa:Rosetta Stone.JPG|daqsminuri|Il-Ġebla ta’ Rosetta]]
Il-'''Ġebla ta’ Rosetta''' (jew '''Ġebla ta'ta’ Rożetta''') hija stele tal-granodijorit imnaqqxa bi tliet verżjonijiet ta’ digriet maħruġ f’Memphis, l-[[Eġittu]], fis-sena 196 Q.K. matul id-dinastija Tolemajka f’isem ir-Re Tolomew V Epifani. It-testi ta’ fuq u tan-nofs huma bl-Eġizzjan Antik bil-kitba [[Ġeroglifiċi Eġizzjani|ġeroglifika]] u bil-kitba demotika rispettivament, filwaqt li t-test ta’ taħt huwa bil-Grieg Antik. Id-digriet fih differenzi żgħar bejn it-tliet verżjonijiet, u dan wassal biex il-Ġebla ta’ Rosetta kienet il-muftieħ biex jiġu ddeċifrati l-kitbiet Eġizzjani.
 
Il-ġebla ġiet imnaqqxa matul il-perjodu Ellenistiku u jingħad li oriġinarjament postha kien f’tempju, possibbilment f’Sais. X’aktarx ġiet imċaqilqa lejn l-aħħar tal-antikità jew matul il-perjodu ta’ Mameluk, u eventwalment intużat bħala materjal tal-kostruzzjoni biex inbena l-Forti Julien qrib il-belt ta’ Raxid (Rosetta) fid-Delta tan-Nil. Ġiet skoperta hemmhekk f’Lulju 1799 mill-uffiċjal Franċiż Pierre-François Bouchard matul il-kampanja ta’ [[Napuljun I ta' Franza|Napuljun]] fl-Eġittu. Kienet l-ewwel test bilingwi bl-Eġizzjan Antik li nstab fi żminijiet moderni, u qanqlet interess pubbliku mifrux minħabba l-potenzjal tagħha li twassal biex tiġi ddeċifrata l-kitba ġeroglifika li qabel ma setgħetx tiġi tradotta. F’qasir żmien bdew jiċċirkolaw kopji litografiċi u forom bil-ġibs fost il-mużewijiet u l-istudjużi Ewropej. Meta l-[[Renju Unit|Brittaniċi]] rebħu kontra l-[[Franza|Franċiżi]], ħadu l-ġebla [[Londra]] fil-qafas tal-Kapitolazzjoni ta’ Lixandra fl-1801. Ilha tintwera pubblikament fil-British Museum kważi kontinwament mill-1802 u hi l-iktar oġġett li jiġbed nies hemmhekk.
Linja 12:
 
Il-Ġebla ta’ Rosetta twila 1,123 mm fl-ogħla punt tagħha, wiesgħa 757 mm, u ħoxna 284 mm. Tiżen bejn wieħed u ieħor 760 kg. Fiha tliet kitbiet imnaqqxin fuqha: il-ġeroglifiċi Eġizzjani Antiki fuq nett, taħtha l-kitba demotika Eġizzjana, u taħt nett il-kitba bil-Grieg Antik. Il-wiċċ ta’ quddiem huwa llostrat u l-kitbiet ġew imnaqqxin kemm kemm fuqu; il-ġnub tal-ġebla huma llixxati, iżda l-wara tal-ġebla ġiet maħduma fuq fuq biss, x’aktarx għaliex din ma kinitx tidher meta l-ġebla kienet tkun wieqfa f’postha.
 
=== Stele oriġinali ===
[[Stampa:RosettaStoneAsPartOfOriginalStele revised.svg|daqsminuri|Rikostruzzjoni waħda possibbli tal-istele oriġinali]]
Il-Ġebla ta’ Rożetta hija framment ta’ stele ikbar. Minkejja dan, ma nstab l-ebda framment ieħor f’tiftixiet li saru iktar ’il quddiem fis-sit fejn instabet il-ġebla. Minħabba li hija framment imkisser, l-ebda waħda mill-kitbiet imnaqqxin fuqha ma huma kompluti. Il-kitba ta’ fuq nett bil-ġeroglifiċi Eġizzjani hija l-iktar waħda li ġarrbet ħsara. Jidhru biss l-aħħar 14-il linja mit-test ġeroglifiku; kollha kemm huma mkissrin fuq in-naħa tal-lemin, u 12 minnhom huma mkissrin ukoll fuq in-naħa tax-xellug. Il-kitba tan-nofs bit-test demotiku hija l-iktar waħda li baqgħet tajba; fiha 32 linja u 14 minnhom ġarrbu kemxejn ħsara fuq in-naħa tal-lemin. Il-kitba ta’ taħt nett bit-test bil-Grieg Antik fiha 54 linja u 27 minnhom baqgħu sħaħ; il-kumplament isiru iktar u iktar frammentarji minħabba li lejn ’l isfel tal-ġebla, fuq in-naħa tal-lemin, il-ġebla nkisret dijagonalment.
 
It-tul kollu tat-test ġeroglifiku u d-daqs totali tal-istele oriġinali, li l-Ġebla ta’ Rosetta hija biss framment minnha, jistgħu jiġu stmati abbażi ta’ steli komparabbli li nstabu, inkluż kopji oħra tal-istess tip. Id-digriet ta’ Kanopu, li tfassal kemxejn qabel u nħareġ fis-sena 238 Q.K. matul ir-renju ta’ Tolomew III, twil 2,190 mm u wiesa’ 820 mm, filwaqt li fih 36 linja ta’ test ġeroglifiku, 73 linja ta’ test demotiku, u 74 linja ta’ test bil-Grieg Antik. It-testi huma twal kważi ndaqs. Minn komparazzjonijiet bħal dawn, jista’ jiġi stmat li 14-il linja jew 15-il linja ta’ test ġeroglifiku huma neqsin mill-kitba ta’ fuq nett tal-Ġebla ta’ Rosetta, u li kieku jammontaw għal 300 mm ieħor. Apparti l-kitbiet, x’aktarx li fuqhom kien ikun hemm xbiha ta’ re li jkun qed jiġi ppreżentat lill-allat, u fuqha sfera bil-ġwienaħ bħalma hemm fuq l-Istele ta’ Kanopu. Dawn il-paralleli, u s-simbolu ġeroglifiku O26 skont il-klassifikazzjoni ta’ Gardiner li jirrappreżenta ‘stele’ fuq il-ġebla stess, jissuġġerixxu li oriġinarjament il-parti ta’ fuq tal-istele kienet tkun ġejja għat-tond. Huwa stmat li l-istele oriġinali kien ikollha tul ta’ madwar 1490 mm.