Ġebla ta' Rosetta: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
mNo edit summary
Linja 4:
Il-ġebla ġiet imnaqqxa matul il-perjodu Ellenistiku u jingħad li oriġinarjament postha kien f’tempju, possibbilment f’Sais. X’aktarx ġiet imċaqilqa lejn l-aħħar tal-antikità jew matul il-perjodu ta’ Mameluk, u eventwalment intużat bħala materjal tal-kostruzzjoni biex inbena l-Forti Julien qrib il-belt ta’ Raxid (Rożetta) fid-Delta tan-Nil. Ġiet skoperta hemmhekk f’Lulju 1799 mill-uffiċjal Franċiż Pierre-François Bouchard matul il-kampanja ta’ [[Napuljun I ta' Franza|Napuljun]] fl-Eġittu. Kienet l-ewwel test bilingwi bl-Eġizzjan Antik li nstab fi żminijiet moderni, u qanqlet interess pubbliku mifrux minħabba l-potenzjal tagħha li twassal biex tiġi ddeċifrata l-kitba ġeroglifika li qabel ma setgħetx tiġi tradotta. F’qasir żmien bdew jiċċirkolaw kopji litografiċi u forom bil-ġibs fost il-mużewijiet u l-istudjużi Ewropej. Meta l-[[Renju Unit|Brittaniċi]] rebħu kontra l-[[Franza|Franċiżi]], ħadu l-ġebla [[Londra]] fil-qafas tal-Kapitolazzjoni ta’ Lixandra fl-1801. Ilha tintwera pubblikament fil-British Museum kważi kontinwament mill-1802 u hi l-iktar oġġett li jiġbed nies hemmhekk.
 
Id-digriet kien diġà beda jiġi studjat meta fl-1803 ġiet ippubblikata l-ewwel traduzzjoni kompluta tat-test Grieg. Jean-François Champollion ħabbar it-trażlitterazzjoni tal-kitbiet Eġizzjani f’Pariġif’[[Pariġi]] fl-1822; iżda għadda ferm iktar żmien qabel ma l-istudjużi kienu kapaċi jaqraw b’mod kunfidenti l-kitbiet u l-letteratura bl-Eġizzjan Antik. Saru avvanzi kbar fid-dekodifikazzjoni meta ġie rrikonoxxut li l-ġebla kien fiha tliet verżjonijiet tal-istess test (fl-1799); li t-test demotiku kien juża karattri fonetiċi biex jispelli ismijiet barranin (fl-1802); li t-test ġeroglifiku kien jagħmel l-istess ħaġa u kellu elementi li jixbħu ħafna lit-test demotiku (fl-1814); u li l-karattri fonetiċi kienu jintużaw ukoll biex jispellu l-kelmiet Eġizzjani nattivi (1822-1824).
 
Iktar tard ġew skoperti tliet kopji frammentarji oħra tal-istess digriet, u issa huma magħrufa diversi kitbiet bilingwi jew trilingwi Eġizzjani simili, fosthom tliet digrieti Tolemajċi li nkitbu kemxejn qabel: id-Digriet ta’ Lixandra fis-sena 243 Q.K., id-Digriet ta’ Kanopu fis-sena 283 Q.K., u d-Digriet ta’ Tolomew IV maħruġ f’Memphis, madwar is-sena 218 Q.K. Il-Ġebla ta’ Rożetta ma għadhiex unika, imma kienet il-muftieħ essenzjali għall-fehim modern tal-letteratura u taċ-ċivilizzazzjoni Eġizzjana Antika. It-terminu ‘Ġebla ta’ Rożetta’ issa jintuża biex jirreferi għall-ħjiel essenzjali f’qasam ġdid ta’ għarfien.