Ġebla ta' Rosetta: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
kontenut ieħor
Linja 9:
 
== Deskrizzjoni ==
Il-Ġebla ta’ Rożetta hija elenkata bħala “ġebla tal-granodijorit iswed, bi tliet kitbiet imnaqqxin ... li nstabet f’Rożetta” f’katalogu kontemporanju tal-artefatti li ġew skoperti waqt spedizzjoni Franċiża u li ġew ċeduti lit-truppi Brittaniċi fl-1801. Xi żmien wara li waslet Londra, il-kitbiet ġew ikkuluriti bil-ġibs abjad biex ikunu jistgħu jinqraw iktar faċilment, u l-kumplament ta’ wiċċ il-ġebla nkesa b’saff xama’ tal-karnawba bl-għan li ma ssirx ħsara meta s-swaba’ tal-viżitaturi jmissu mal-ġebla. Dan wassal biex kulur il-ġebla jidher iktar skur u inizjalment, bi żball, ġiet identifikata bħala ġebla tal-bażalt iswed. Ix-xama’ tneħħiet meta l-ġebla ġiet imnaddfa fl-1999, u b’hekk reġgħu feġġew il-kulur griż skur oriġinali tagħha, il-leqqa tal-istruttura kristallina tagħha, u vina roża li hemm tul ir-rokna ta’ fuq tagħha fuq in-naħa tax-xellug. Wara li saru paraguni mal-kollezzjoni Klemm ta’ kampjuni ta’ ġebel mill-Eġittu, ħareġ fid-dieher li l-Ġebla ta’ Rożetta tixbaħ ħafna l-ġebel minn barriera żgħira tal-granodijorit f’Gebel Tingar fuq ix-xatt tal-Punent tan-Nil, li tinsab lejn il-Punent tal-gżira Elefantina fir-reġjun ta’ Aswan; il-vina roża hija tipika tal-granodijorit minn dan ir-reġjun.