Ġebla ta' Rosetta: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m typo
kontenut ieħor
Linja 7:
 
Iktar tard ġew skoperti tliet kopji frammentarji oħra tal-istess digriet, u issa huma magħrufa diversi kitbiet bilingwi jew trilingwi Eġizzjani simili, fosthom tliet digrieti Tolemajċi li nkitbu kemxejn qabel: id-Digriet ta’ Lixandra fis-sena 243 Q.K., id-Digriet ta’ Kanopu fis-sena 283 Q.K., u d-Digriet ta’ Tolomew IV maħruġ f’Memphis, madwar is-sena 218 Q.K. Il-Ġebla ta’ Rożetta ma għadhiex unika, imma kienet il-muftieħ essenzjali għall-fehim modern tal-letteratura u taċ-ċivilizzazzjoni Eġizzjana Antika. It-terminu ‘Ġebla ta’ Rożetta’ issa jintuża biex jirreferi għall-ħjiel essenzjali f’qasam ġdid ta’ għarfien.
 
== Deskrizzjoni ==
Il-Ġebla ta’ Rożetta hija elenkata bħala “ġebla tal-granodijorit iswed, bi tliet kitbiet imnaqqxin ... li nstabet f’Rożetta” f’katalogu kontemporanju tal-artefatti li ġew skoperti waqt spedizzjoni Franċiża u li ġew ċeduti lit-truppi Brittaniċi fl-1801. Xi żmien wara li waslet Londra, il-kitbiet ġew ikkuluriti bil-ġibs abjad biex ikunu jistgħu jinqraw iktar faċilment, u l-kumplament ta’ wiċċ il-ġebla nkesa b’saff xama’ tal-karnawba bl-għan li ma ssirx ħsara meta s-swaba’ tal-viżitaturi jmissu mal-ġebla.