Michel de Montaigne: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m Bot: Migrating 59 interwiki links, now provided by Wikidata on d:Q41568
Linja 80:
Kull problema kien janalizzah b’ħafna għaqal u introspezzjoni. Per eżempju, Montaigne iddiskuta l-mewt u l-aħjar mezz li nitħejjew għaliha. Iddeskriva l-metodu tiegħu biex jissara ma’ l-uġiegħ tal-mard. Kien jinsisti fuq il-bżonn ta’ sistema edukattiv li jħeġġeg l-użu ta’ l-intelligenza iżjed minn tal-memorja - ''tkun taf bl-amment mhux jiġifieri tkun taf''– għall-formazzjoni ta’ nies ta’ ġudizzju san, mgħonija bi spirtu kritiku li jippermettilhom jirriaġġixxu kif jixraq fiċ-ċirkostanzi kollha. Kien ukoll jammira l-indiġeni Amerikani għal-lealtà u s-sempliċità tad-drawwiet tagħhom. Ta analisi, ibbażata fuq l-esperjenza umana iżjed mit-teoriji astratti, tal-ħbiberija vera u falza.
 
Ħafna qarrejja jibqgħu affaxxinati sewwa bl-awtoritratt ta’ l-awtur li l-ktieb ippinġi. Montaigne ma beżgħax jiddeskrivi ruħu mimli paradossi u kontraddizzjonijiet. Is-[[Saġġi]] jirrappreżentaw l-ewwel awtoritratt fil-[[letteratura]] Ewropea u kellu influwenza deċiżiva fuq il-kittieba, letterati u filosfi li ġew wara bħal [[Blaise Pascal]], [[Jean-Jacques Rousseau]] u [[Marcel Proust]].
 
Mill-''punto di vista'' strettament filosofiku, wieħed jista’ jara li ħsieb ta’ Montaigne hu mifrux wisq biex jista’ jitqiegħed f’sistema filosofikament riġidu, għadda minn fażi stoika ([[1572]]-[[1573]]) u fażi xettika fl- [[1576]], qabel ma sab pożizzjoni awtonoma. Għall-eżistenza u n-natura t’ [[Alla]], joqgħod fuq ir-rivelazzjoni, imma l-ħsieb tiegħu hu qrib ħafna ta’ l-[[anjostiċiżmu]], u infatti, jisħoq iżjed fuq id-dubju minn fuq il-[[fidi]], għax iqis id-dubju inċentiv li jżomm il-ġudizzju dejjem attent u ħaj.