Differenza bejn ir-reviżjonijiet ta' "Wikipedija:Pjazza"

Tags: Modifika bil-mowbajl Modifika mill-web għall-mowbajl
:[[Utent:Leli Forte|Leli Forte]] ([[Diskussjoni utent:Leli Forte|d]]) 18:52, 28 Ottubru 2020 (UTC)
 
::{{wieġeb|Leli Forte}}Qed tqajjem punti valissimivalidissimi hawn. Grazzi tassew ta' dan il-kontribut!
 
::L-idea oriġinali tal-hackathon kienet li niffokaw biss fuq mudelli għar-referenzi propju biex isiru aktar artikli serji u sura, kif qed tgħid int. Intant, però tfaċċat il-kwistjoni tal-mudelli tal-infoboxes. Li qed nipproponi jien (flimkien ma' WCM) huwa li naraw kif dawn jistgħu jiġu tradotti għall-Malti b'mod permanenti. Id-data fuq Wikidata bil-Malti dejjem tiżdied u allura ma nistgħux nagħżlu li ninjoraw dan l-iżvilupp fl-ekosistema tal-Wikipedia. Din il-biċċa ta' Wikidata qed iħares lejha ukoll {{wieġeb|Nevborg}} bħala parti mir-riċerka tad-dottorat tiegħu. Spiċċa ż-żmien li naħsbu dwar il-paġni tal-Wikipedia bħala entità separata minn x'hemm fuq Wikidata dwar l-istess suġġett. Allura mhux każ li nagħmlu tagħna infoboxes, skont jien, imma li naraw kif nistgħu naħdmu aħjar vis-a-vis dak li jidher fuq Wikidata fejn hemm infobox fuq paġna partikolari.