Differenza bejn ir-reviżjonijiet ta' "Wikipedija:Pjazza"

 
:[[Utent:Leli Forte|Leli Forte]] ([[Diskussjoni utent:Leli Forte|d]]) 18:52, 28 Ottubru 2020 (UTC)
 
::{{wieġeb|Leli Forte}}Qed tqajjem punti valissimi hawn. Grazzi tassew ta' dan il-kontribut!
 
::L-idea oriġinali tal-hackathon kienet li niffokaw biss fuq mudelli għar-referenzi propju biex isiru aktar artikli serji u sura, kif qed tgħid int. Intant, però tfaċċat il-kwistjoni tal-mudelli tal-infoboxes. Li qed nipproponi jien (flimkien ma' WCM) huwa li naraw kif dawn jistgħu jiġu tradotti għall-Malti b'mod permanenti. Id-data fuq Wikidata bil-Malti dejjem tiżdied u allura ma nistgħux nagħżlu li ninjoraw dan l-iżvilupp fl-ekosistema tal-Wikipedia. Din il-biċċa ta' Wikidata qed iħares lejha ukoll {{wieġeb|Nevborg}} bħala parti mir-riċerka tad-dottorat tiegħu. Spiċċa ż-żmien li naħsbu dwar il-paġni tal-Wikipedia bħala entità separata minn x'hemm fuq Wikidata dwar l-istess suġġett. Allura mhux każ li nagħmlu tagħna infoboxes, skont jien, imma li naraw kif nistgħu naħdmu aħjar vis-a-vis dak li jidher fuq Wikidata fejn hemm infobox fuq paġna partikolari.
 
::Għall-iskop tas-suċċess tal-hackathon ta' nhar it-Tnejn, jiena se nara li niffokaw kemm nistgħu fuq il-mudelli tar-referenzi. Skont min aktar jiġi għall-hackathon, jaf naraw ukoll dwar il-mudelli tal-infoboxes u r-rabta ma' Wikidata bil-Malti. Din tal-aħħar mhux pressanti daqs il-bżonn ta' mudelli sura għar-referenzi, fil-fehma umli tiegħi. Hemm ukoll lok ta' hackathon jew editatona separata vis-a-vis il-biċċa tal-Wikidata b'mod aktar ġenerali. —[[Utent:ToniSant|ToniSant]] ([[Diskussjoni utent:ToniSant|d]]) 09:52, 29 Ottubru 2020 (UTC)