Mario Grech: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 1:
'''L-Isqof Mario Grech''' ([[Qala]], Għawdex, 20 ta’ Frar 1957) huwa l-Isqof Emeritu ta' [[Għawdex]] u f'Novembru 2020 se jinħatar Kardinal, it-tielet wieħed fl-istorja tal-Knisja f'Malta.
 
Bin George u Stella, huwa twieled u tgħammed fil-parroċċa tal-Qala, iżda ta’ età żgħira familtu marret toqgħod Ta' [[Kerċem]].
Linja 28:
 
Fl-20 ta' Awwissu 2013, huwa nħatar President tal-Konferenza Episkopali Maltija għal tliet snin. Huwa rrapreżenta lill-Konferenza fis-Sinodu Straordinarju fuq il-Familja li sar fil-Vatikan f'Ottubru 2014. Huwa għamel intervent li ġie apprezzat ħafna minn [[Papa Franġisku]] u minn ħafna isqfijiet oħra.
 
== Kardinal ==
Nhar il-25 ta' Ottubru 2020, il-Papa Franġisku ħabbar 13-il Kardinal ġdid fosthom lill-Isqof Mario Grech, li xahar qabel kien inħatar Segretarju Ġenerali tas-Sinodu tal-Isqfijiet wara li kien għamel sena Pro-Segretarju. F'Lulju 2020, inħatar ukoll membru tal-Kunsill Pontifiċju għall-Għaqda bejn l-Insara. Grech se jinħatar Kardinal fit-28 ta’ Novembru 2020 meta l-Papa jlaqqa’ konċistorju.
 
{{DEFAULTSORT:Grech, Mario}}