Content deleted Content added
Linja 477:
= Raffaello =
[[Stampa:Raffaello Sanzio.jpg|daqsminuri|Awtoritratt ta' Raffaello fl-età ta' 23 sena<ref>Jones and Penny, p. 171. The portrait of Raphael is probably "a later adaptation of the one likeness which all agree on": that in ''The School of Athens'', vouched for by Vasari.</ref>]]
'''Raffaello''', isem sħiħ ''Raffaello Sanzio'' jew ''Raffaello Santi'', (628 ta' Marzu jew 6 ta’ April<ref>He is said to have been born on Good Friday (March 28, 1483), but is stated to have been born on the same ''date'' as his death on the inscription of his tomb (he died three hours after the Ave Maria of Good Friday). Both birth dates cannot be ’Apriltrue.</ref>, 1483, [[Urbino]], Dukat ta’ Urbino, l-[[Italja]] — 6 ta’ April, 1520, [[Ruma]], Stati Papali, l-Italja), pittur u arkitett tar-Rinaxximent Għoli Taljan. Raffaello huwa magħruf l-iktar għall-Madonni tiegħu u għall-kompożizzjonijiet kbar bil-figuri fil-Vatikan. Ix-xogħol tiegħu huwa ammirat għaċ-ċarezza tal-forma u l-faċilità tal-kompożizzjoni u għar-rappreżentazzjoni viżwali tal-ideal Neoplatoniku tal-grandjożità umana.
 
= L-ewwel snin f'Urbino =
Raffaello kien bin Giovanni Santi u Magia di Battista Ciarla; ommu mietet fl-1491. Missieru kien, skond l-artist u bijografu tas-seklu 16, [[Giorgio Vasari]], pittur "ta' ebda mertu kbir."<ref>Giorgio Vasari, ''Le vite de' più eccellenti pittori, scultori e architettori'', ''Vita di Raffaello da Urbino'', Firenze 1568.</ref> Madankollu kien bniedem kolt li kien f'kuntatt kontinwu mal-ideat artistiċi avvanzati ta' dak iż-żmien fil-qorti ta' Urbino. Lil ibnu tah l-ewwel tagħlim fil-pittura, u, qabel mewtu fl-1494, meta Raffaello kellu biss 11-il sena, introduċieh għall-filosofija umanistika tal-qorti.
 
Urbino kien sar ċentru tal-kultura matul il-ħakma tad-Duka Federico da Montefeltro, li inkuraġġixxa l-arti u attira fil-qorti tiegħu nies ta' talent kbir, fosthom [[Donato Bramante]], [[Piero della Francesca]], u [[Leon Battista Alberti]]. Għalkemm Raffaello kien ħa jkun influwenzat minn artisti mill-ikbar f'[[Firenze]] u [[Ruma]], Urbino kien il-bażi għat-tagħlim ta' wara kollu tiegħu. Barra minn hekk, il-vitalità kulturali tal-belt x'aktarx stimulat il-prekoċità eċċezzjonali tal-artist żagħżugħ, li, anke fil-bidu tas-seklu 16, meta bilkemm kellu 17-il sena, kien diġà wera talent straordinarju.