Il-Port il-Kbir: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
→‎Deskrizzjoni: Forti Sant'Iermu
Linja 3:
 
== Deskrizzjoni ==
Il-bokka tal-Port tħares lejn il-Lvant ta’ Fuq u hija mdawra lejn it-tramuntana minn [[Forti Sant'Iermu|Sant'Iermu]]. Il-[[Breakwater]] joffri kenn tajjeb lil dan il-port. Il-Ponta tar-Rikażli tkompli tingħaqad miegħu minn-nofsinhar.
 
Ix-xatt tal-Majjistral huwa magħmul mill-peniżola ta’ Sciberras, li fil-biċċa l-kbira tagħha hija magħmula mill-Belt Valletta u s-subborg tagħha l-Furjana. Din il-peniżola taqsam il-Port il-Kbir mit-tieni port naturali li jinsab parallel miegħu, dak ta' [[Marsamxett]]. Il-passaġġi tal-baħar fil-port jibqgħu deħlin kważi sal-[[Il-Marsa|Marsa]]. In-naħa tax-Xlokk tal-port huwa ffurmat minn ilsna u fetħiet kbar bħal dawk tal-[[Irnella]], il-[[Kalkara]] , it-[[Dockyard|Tarzna]] , u tal-Franċiż li jofformaw parti mill-[[Kalkara]] u t-Tliet Ibliet: [[L-Isla]], [[Bormla]], u l-[[Birgu]]. Il-port ġie deskritt ħafna drabi bħala wieħed mill-isbaħ portijiet naturali li jeżistu.