Gżira (lokalità): Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
tindif tal-paragrafu introduttorju
Storja tal-Belt
Linja 3:
Il-'''Gżira''', hija belt li fir-reġjun ċentral ta' Malta u li tinsab bejn [[Tas-Sliema]] u l-[[L-Imsida|Imsida]], u qrid [[Ta' Xbiex]]. Il-popolazzjoni tal-Gżira hija ta' 8,029 (Marzu 2014).<ref>{{cite web|title=Estimated Population by Locality 31st March, 2014|url=https://secure2.gov.mt/localgovernment/file.aspx?f=7810|publisher=[[Government of Malta]]|archiveurl=https://web.archive.org/web/20150621211549/https://secure2.gov.mt/localgovernment/file.aspx?f=7810|archivedate=21 June 2015|date=16 May 2014|url-status=dead}}</ref> L-isem ta' din il-lokalità ġej mill-Gżira msemmija għall-Gran Mastru Manoel de Vilhena. Ix-xatt tal-Gżira għandu veduti tal-Belt [[Valletta]] mdawra bis-swar, li huma mdawla billejl, u joħolqu sfond għall-Gżira Manoel, il-Yacht Marina u l-Ġnien Pubbliku.
 
== Storja tal-belt ==
Il-Kappara tinsab viċin il-Gżira. It-Teatru tal-Orpheum (Malta) jinsab ukoll fil-Gżira.
F'nofs is-seklu 19 inbniet villa fil-Gżira mill-Kavallier [[Jacob Tagliaferro]]. Bil-mod il-Gżira bdiet tiżviluppa f'subborg tal-klassi tal-ħaddiema f’Tas-Sliema. Sas-snin sebgħin, il-Gżira kellha ħafna bars, partikolarment is-Snake Pit, il-Britannia u l-Granada fil-viċinanza tax-Xatt, liema attività ekonomika ntemmet meta s-Forzi Armati Ingliżi telqu minn Malta fil-31 ta’ Marzu 1979.
 
Mal-qalba tas-seklu 21, il-Gżira rat boom tal-propjetà immobbli, u bini ġdid, l-aktar appartamenti, jissostitwixxu l-bini l-antik.Il-Gżira llum tospita komunità ta' negozju f'lukandi, ristoranti, istituzzjonijiet finanzjarji, kumpaniji legali, kumpaniji tal-imħatri onlajn, proprjetà immobbli u uffiċċji qalb għad ta' residenti Maltin u ta' diversi entitajiet oħra. Il-Gżira hija magħrufa bħala belt pjuttost multikulturali, bi gruppi ta' immigranti stabbiliti u integrati sew.
 
Ir-raġuni ewlenija għall-popolarità ta' din il-belt hija li tinsab f'naħa pjuttost ċentrali ta' Malta, viċin sew tal-[[Università ta' Malta]] kif ukoll tal-belt kapitali, [[Valletta]].
 
Fil-Gżira hemm it-triq D'Argens li bis-saħħa tagħha beda l-iżvillupp f'Tas-Sliema u [[San Ġiljan (lokalità)|San Ġiljan]]. L-attivitajiet ewlenin tal-Gżira jinkludu industriji tas-servizzi, ħwienet kummerċjali u servizzi edukattivi. Il-kumpanija internazzjonali tal-imħatri [[ Tipbet|Tipbet]] għandha l-kwartieri ġenerali tagħha fi Triq Sir William Reid u t-Teatru Orpheum jinsab ukoll fil-Gżira.
 
L-iżvilupp li seħħ fil-bidu tas-seklu 21 ħa post numru ta' djar quddiem il-baħar u l-karattru li kellha l-belt qabel inbidel sew. Xhieda ta' dan huma l-faċċati tradizzjonalment Maltin li għadek issib fil-qalba tal-Gżira. Dan jidher sew f'għad ta' gallariji tal-injam u gallariji oħra maħdumin bil-ħadid fundut.
 
Ir-rata tal-kriminalità fil-Gżira hija relattivament baxxa, u din il-belt hija ġeneralment sigura daqs il-bqija ta' Malta u [[Għawdex]]. Il-popolazzjoni tal-Gżira kienet pjuttost stabbli matul dawn l-aħħar snin. F'Marzu tal-2014 kien hemm 8,029 persuna jgħixu fil-Gżira.
 
 
{{Kunsilli lokali ta' Malta u Għawdex}}
 
 
Fil-Gżira hemm it-triq D'Argens li bis-saħħa tagħha beda l-iżvillupp f'Tas-Sliema u [[San Ġiljan (lokalità)|San Ġiljan]].{{Kunsilli lokali ta' Malta u Għawdex}}
[[Category:Bliet ta' Malta]]