Fatberg: Differenza bejn il-verżjonijiet

ċappa xaham magħquda fid-drenaġġ
Content deleted Content added
Maħluqa bit-traduzzjoni tal-paġna "Fatberg"
Tags: TraduzzjoniKontenuti ContentTranslation2
(L-ebda differenza)

Reviżjoni ta' 19:44, 17 Settembru 2020

Fatberg huwa borġ xaħam maqbuda fis-sistema tad-dranaġġ iffurmata minn diversi affarijiet mhux biodigredabbli li jispiċċaw jintefgħu, bħal wet wipes, żjut, u materjal ieħor simili.[1] [2] Dawn il-ċappep kbar ta’ xaħam kienu identifikati bħala problema għall-ewwel darba f’Londra fil-bidu tad-deċenju tal-2010. Dan minħabba li s-sistema tad-dranaġġ f’dik il-belt tmur lura għal żmien ir-Reġina Vittorja u fl-istess waqt ma kienetx qed tlaħħaq ma l-ammont dejjem jikber ta’ produtti li suppost jistgħu jkunu fflaxxjati, imma filfatt ma jiddegradawx immedjatament.

Biċċa mnixxfa mill-fatberg ta' Whitechapel, għall-wiri fil-Mużew ta' Londra

Deskrizzjoni

Il-Fatbergs jifformaw fil-partijiet l-aktar ħarxa tas-sistema tad-dranaġġ fejn il-fluwidi jsibu aspetti turbulanti. F’pajpijiet u katusi lixxi ftit li xejn hemm ċans li jeħel, iżda fejn ikun hemm partijiet ħorox jew ikun hemm xi forma ta’ ostaklu fis-sistema, il-kurrent tal-likwidu jabad fih debis tal-meterjal fluwidu li jgħaddi minnu.

Is-sitemi tad-dranaġġ spiss jgħaddu minn partijiet mibnija fil-konkoss jew xi forma ta’ bricks. F’dawn il-partijiet jaf ikun hemm ukoll terrapin, biċċiet tal-ġebel, u fdalijiet oħra mill-kostruzzjoni nfisha. Fejn it-temperaturi jvarjaw ħafna matul is-sena, hemm ċans akbar ta’ dan it-tip ta’ materjal tal-kostruzzjoni li jitkaxkar mad-dranaġġ. Apparti hekk, spiss ikun hemm ukoll għeruq tas-siġar jew xi cables li b’xi mod jew ieħor jidħlu fis-sistema tad-dranaġġ, u dawn jagħtu lok għall-fatbergs biex jiffurmaw magħhom.

F’sistemi tad-dranaġġ fejn l-alkalinità tal-materjal fluwidu hija għolja hemm aktar ċans ta’ kalċifikazzjoni u ossifikazzjoni. [3] Il-fatbergs ħafna drabi jkun fihom ferm aktar minn wipes u xaħmijiet li ma jdubux faċilment fl-ilma meta jkunu fflaxxjati fit-toilet. Dawn jinkludu produtti tal-iġene femminili, cotton buds, labar,[4] kondoms kif ukoll fdalijiet tal-ikel li jaslu fis-sistema tad-dranaġġ mis-sink tal-kċina. [1] [5] [6] Il-ċappep li jifformaw matul is-snin minn dan il-materjal jaf ikunu iebsa daqs il-konkos, u jinħtieġu apparat speċjalizzat biex jitneħħew.

F’ċerti nħawi, bħal f’Londra, ix-xaħam li maqbud fil-katusi jista’ anke jirriżulta f’proċess ta’ sapunifikazzjoni, li fih il-xaħam jaqgħad f’tip ta’ sustanza li qisha sapun. [4]

Meta x-xaħam isodd is-sistema tad-dranaġġ din tista’ anke tiżbroffa, u b’hekk il-materjal tad-dranaġġ jista’ joħroġ fl-ambjent mingħajr ma jkun ittrattat jew imsaffi. Fl-Istati Uniti, kważi nofs l-imblokki kollha tad-dranaġġ huma kkawżati mix-xaħmijiet.[7]

Fatbergs ġew ikkunsidrati bħala sors ta 'fjuwil, [8] speċifikament il-bijogass.[9] Il-parti l-kbira minn fatberg li nstabet f’Whitechapel f’Londra fl-2017, li kienet tiżen 130 tunnellata (130,000 kg) u kbira madwar 250 metru (829 pied), kienet użata għall-produzzjoni tal-biodiesel. [4] [10]

Il-fatbergs jistgħu jiġu evitati permezz ta' kampaniji pubbliċi li jżidu l-għarfien dwar materjal li m’għandekx tiffluxxja u x’filtri hemm bżonn għax-xaħmijiet biex jiġi evitat li dawn jidħlu fis-sistema tad-dranaġġ.[3] Tnedew kampanji kontra l-wet wipes għax dawn huma wieħed mill-kaġunijiet prinċipali tal-fatbergs, b’mod partikolari minn Surfers Against Sewage u l-Marine Conservation Society, fost NGOs ambjentali oħra li talbu lill-Advertising Standards Authority tar-Renju Unit biex iwaqqaf dawk li huma sejjħu branding u ppakkettar li jista’ jiżgwida lill-konsumaturi. [11]

Fejn issibhom

Il-fatbergs issibhom is-sistemi kollha tad-dranaġġ madwar id-dinja, sew fl-ibliet kbar kif ukoll oħrajn relattivament żgħar. Fatbergs ġganteski mbokkaw is-sistemi tad-dranaġġ f’Londra, New York, Denver, Valencia, u Melbourne.[12]

Etimoloġija

Il-kelma fatberg tissawwar mit-twaħħid tal-kliem fat (xaħam)’’ u ‘’berg (borġ)’’, bl-istess mod bħal iceberg. Fl-2008 il-kelma kienet użata għall-ewwel darba biex niddeskrivi “cappep kbar ta’ xaħam tat-tisjir qishom blat” li tfaċċaw fuq bajja f'Wales, u sal-2010 kienet bdiet tintuża b’referenza għall-masses ta’ xaħam li kienu qed jimmlokkaw is-sistema tad-dranaġġ f’Londra.[13]

Il-kelma ġiet miżjuda fl-Oxford Dictionaries Online fl-2015.[14] It-terminu jintuża mill-awtoritajiet ta' Thames Water[1] u South West Water, [15] it-tnejn fin-Nofsinhar tal-Ingilterra.

Fatbergs notevoli

  • 6 ta' Awwissu 2013: Fatberg bejn wieħed u ieħor daqs id-daqs ta’ karozza tal-linja li tiżen 15-il tunnellata), li jikkonsisti f’xaħam tal-ikel u wet wipes, ġie skopert fis-sistema tad-dranaġġ taħt London Road f’Ringston upon Thames, Londra. [16] [17]
  • 1 ta' Settembru 2014: Massa solida ta' xaħam, wet wipes, ikel, blalen tat-tennis u pjanċi tal-injam daqs ajruplan Boeing 747 ġiet skoperta u kklerjata mill-ħaddiema tas-sanità f'fossa taħt parti ta' triq 260 pied (80 m) taħt Shepherd's Bush, Londra.[18]
  • 3 ta' Settembru 2014: Is-sistema tad-drenaġġ taħt Melbourne, l-Awstralja kienet misduda minn massa kbira ta' xaħam, grass u skart.[19]
  • Jannar 2015: Bħala parti minn kampanja kontra l-imblukkar tad-drenaġġ, Welsh Water ħarġet vidjo li juri fatberg fis-sistema tad-drenaġġ f'Cardiff. [20]
  • April 2015: Fatberg twil 40 metru (130 pied) tneħħa mill-kanali tad-dranaġġ taħt Chelsea. Ħa aktar minn xahrejn biex jitneħħa, u l-ħsara li kkawża tiswa madwar £400,000 biex tissewwa. [21]
  • Lulju 2015: Ġie skopert fatberg twil 120 metru (390 pied) f'Walespool f'nofs Wales. [22]
  • Jannar 2016: Imblukkar ikkawżat minn fatberg ħdejn Newcastle, New South Wales, l-Awstralja, għamel ħsara fl-istazzjon tal-ippumpjar tad-drenaġġ Eleebana. Dan il-fatberg kien jiżen madwar tunnellata u ħa erba' sigħat biex jitneħħa bi krejn.[23]
  • Settembru 2017: Fatberg twil 250 metru (820 pied) u li jiżen aktar minn 130 tunnellata (140 tunnellata) instab taħt Whitechapel, Londra.[24] Kieku jaħdmu sebat ijiem fil-ġimgħa bi spiża ta’ £1 miljun fix-xahar, l-awtoritajiet stmaw li jdumu xahrejn biex jeqirduha.[25] [26] Żewġ biċċiet minn din il-fatberg inqatgħu fl-4 ta 'Ottubru 2017 u, wara bosta ġimgħat ta' tnixxif, intwerew fil-Mużew ta‘ Londra mid-9 ta' Frar 2018 sa Ġunju 2018, bħala parti mill-istaġun City Now City Future tal-istess mużew.[27] [28] Skont il-kuratur Vyki Sparkes, dan il-biċċiet mill-fatberg saru wieħed mill-aktar attrazzjonijet popolari tal-mużew.[29]
 
It-tappiera b'tifkira tal-Whitechapel Fatberg
  • Settembru 2017: Ġie skopert fatberg ta‘ xaħam imħallat, wet wipes, u skart taħt it-toroq ta' Baltimore, Maryland li kkawża t-tixrid ta’ 1.2 miljun gallun Amerikan (4.5 miljun litru jew miljun gallun imperjali) ta' drenaġġ f'Jones Falls.[30]
  • April 2018: Huwa ssuspettat li Fatberg skopert taħt South Bank f’Londra huwa akbar minn dak li nstab taħt Whitechapel.[31]
  • Diċembru 2018: Ħaddiema tad-drenaġġ skoprew fatberg f'Sidmouth, Devon li kien twil 64 metru. Il-ħaddiema ħadu tmien ġimgħat biex ineħħuh.[32] Dan kien l-akbar fatberg skopert fir-Renju Unit barra minn belt kbira, [33] u l-akbar fl-istorja ta’ South West Water sa din id-data.[15]
  • Frar 2019: L-ikbar fatberg fir-Renju Unit ġie skopert fi drenaġġ fi Triq Birchall f'Liverpool. Kien jiżen 400 tunnellata u kien twil 250 metru. Sitt xhur wara li għadu. qed jitneħħa mill-kanal tad-drenaġġ u kien qed ikun diffiċli biex jitkisser bl-użu ta’ għodda u tagħmir konvenzjonali.[34]
  • Diċembru 2019: L-ewwel sejba ta' fatberg kbir fit-tramuntana tal-Ingilterra kienet irrappurtata minn United Utilities taħt il-Ħabs ta' Manchester. Il-fatberg b’tul ta' 170 pied (52m) kien stmat li jiżen "madwar l-istess bħal tliet iljunfanti", u ħa diversi ġimgħat biex jitneħħa kompletament.[35]
  • April 2020: Fatberg ta' 42 tunnellata b'daqs ta' tanker tal-petrol ġie skopert f'Melbourne, l-Awstralja. Id-daqs kbir tiegħu m’għandu x’jaqsam xejn ma' sadd ieħor fl-Awstralja. Dan jaqbeż sew il-fatbergs Awstraljani tal-2014 u l-2016. Il-ħtija ta’ dan twaddbet primarjament fuq in-nuqqas ta' toilet paper ikkawżat mill-imxija tal-COVID-19.[36] [37]

Fil-kultura popolari

Fis-single ‘’Arch Enemy’’ ta’ Everything Everything, in-narratur tal-kanzunetta jitlob lil fatberg biex jeqred id-dinja fuq is-sistema tad-dranaġġ li jinstab fiha. [38]

Referenzi

  1. ^ a b ċ https://corporate.thameswater.co.uk/Media/News-releases/Monster-fatberg-longer-than-two-Wembley-football-pitches-clogging-up-Whitechapel-sewer. |title= nieqes jew vojt (għajnuna)
  2. ^ https://www.bbc.co.uk/news/44034025. |title= nieqes jew vojt (għajnuna)
  3. ^ a b https://www.theguardian.com/environment/2018/feb/18/dont-feed-fatberg-museum-london-clogging-sewers-oil. |title= nieqes jew vojt (għajnuna)
  4. ^ a b ċ https://www.museumoflondon.org.uk/discover/exhibiting-fatberg-monster-whitechapel. |title= nieqes jew vojt (għajnuna)
  5. ^ https://www.independent.co.uk/news/uk/home-news/britains-biggest-ever-fatberg--the-size-of-a-bus-and-weighing-15-tonnes--found-in-london-drain-8746672.html. |title= nieqes jew vojt (għajnuna)
  6. ^ https://finance.yahoo.com/news/insane-photos-shows-sewer-workers-161632806.html. |title= nieqes jew vojt (għajnuna)
  7. ^ Mudell:Cite report
  8. ^ http://www.channel4.com/programmes/kevin-mcclouds-man-made-home. |title= nieqes jew vojt (għajnuna)
  9. ^ http://www.waterbriefing.org/home/company-news/item/7231-thames-water-and-2oc-in-%C2%A3200m-deal-to-turn-%E2%80%98fatbergs%E2%80%99-into-energy. |title= nieqes jew vojt (għajnuna)
  10. ^ https://www.bbc.com/news/uk-england-london-42986433. |title= nieqes jew vojt (għajnuna)
  11. ^ https://www.bathecho.co.uk/news/business/wessex-water-lodge-flushable-wet-wipes-complaint-advertising-standards-authority-68775/. |title= nieqes jew vojt (għajnuna)
  12. ^ https://www.bbc.co.uk/news/uk-england-46836867. |title= nieqes jew vojt (għajnuna)
  13. ^ https://www.oed.com/view/Entry/59326664. |title= nieqes jew vojt (għajnuna)
  14. ^ https://www.theguardian.com/science/2015/aug/27/hangry-bants-fatberg-new-words-in-oxforddictionaries. |title= nieqes jew vojt (għajnuna)
  15. ^ a b https://www.southwestwater.co.uk/water-advice-and-services/sidmouth-fatberg/. |title= nieqes jew vojt (għajnuna)
  16. ^ 2013-08-06, Britain's biggest 'fatberg' removed from London sewer, BBC
  17. ^ https://www.nytimes.com/2015/03/15/nyregion/the-wet-wipes-box-says-flush-but-the-new-york-city-sewer-system-says-dont.html. |title= nieqes jew vojt (għajnuna)
  18. ^ 2014-09-01, Enormous 'fatberg' the size of an AEROPLANE found blocking sewers in London, Mirror UK
  19. ^ 2014-09-03, Melbourne’s sewerage system clogged by fatberg, warns Yarra Valley Water, News.com.au
  20. ^ https://www.bbc.co.uk/news/uk-wales-31367573. |title= nieqes jew vojt (għajnuna)
  21. ^ https://www.theguardian.com/uk-news/2015/apr/21/huge-10-ton-fatberg-removed-chelsea-sewer-london. |title= nieqes jew vojt (għajnuna)
  22. ^ https://www.bbc.com/news/uk-wales-mid-wales-33438913. |title= nieqes jew vojt (għajnuna)
  23. ^ http://www.abc.net.au/news/2016-02-25/monster-wet-wipes-blockage-pulled-out-of-sewer-pipe/7199230. |title= nieqes jew vojt (għajnuna)
  24. ^ . BBC News https://www.bbc.co.uk/news/uk-england-london-41238272. Parametru mhux magħruf |publisher= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf |title= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |access-date= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |date= injorat (għajnuna); |title= nieqes jew vojt (għajnuna)
  25. ^ https://abcnews.go.com/US/wireStory/fatberg-found-baltimore-sewer-system-overflow-50101478. |title= nieqes jew vojt (għajnuna)
  26. ^ https://www.theguardian.com/environment/2017/oct/11/fatbergs-london-restaurants-oil-food-grease-traps. |title= nieqes jew vojt (għajnuna)
  27. ^ https://www.theguardian.com/culture/2018/feb/04/fatberg-museum-london-display-pickling-age-waste. |title= nieqes jew vojt (għajnuna)
  28. ^ https://www.newyorker.com/culture/culture-desk/londons-favorite-new-fatberg. |title= nieqes jew vojt (għajnuna)
  29. ^ https://www.bbc.co.uk/news/education-44615693. |title= nieqes jew vojt (għajnuna)
  30. ^ http://www.baltimoresun.com/news/maryland/baltimore-city/bs-md-ci-fatberg-20170925-story.html. |title= nieqes jew vojt (għajnuna)
  31. ^ Fatberg 'autopsy' reveals growing health threat to Londoners, The Guardian, Nadia Khomami, 24 April 2018
  32. ^ https://www.theguardian.com/environment/2019/jan/08/sixty-four-metre-fatberg-discovered-in-english-seaside-resort-sidmouth-devon. |title= nieqes jew vojt (għajnuna)
  33. ^ https://www.bbc.co.uk/news/uk-england-devon-46787461. |title= nieqes jew vojt (għajnuna)
  34. ^ https://www.unitedutilities.com/help-and-support/wastewater-services/Monster-found-in-liverpool-sewer/. |title= nieqes jew vojt (għajnuna)
  35. ^ https://www.bbc.com/news/world-europe-isle-of-man-50857203. |title= nieqes jew vojt (għajnuna)
  36. ^ https://7news.com.au/business/water/huge-melbourne-fatberg-discovered-after-wet-wipes-and-tissues-flushed-c-974232. |title= nieqes jew vojt (għajnuna)
  37. ^ https://www.9news.com.au/national/giant-fatberg-discovered-melbourne-sewer-by-yarra-valley-water/870aadd6-ccd8-41ae-b1af-464c37726d01. |title= nieqes jew vojt (għajnuna)
  38. ^ https://www.nme.com/news/music/everything-everything-detail-upcoming-fifth-album-and-release-new-track-arch-enemy-2667901. |title= nieqes jew vojt (għajnuna)