San Ġiljan (lokalità): Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
added picture and content
added places of interest
Linja 27:
 
Il-Kappella maghrufa bhala ''[[Millenium Chapel]]'' giet mfassla mill-perit Malti [[Richard England (Perit)|Richard England]] u ġiet inawgurata fl-2000. Mal-kappella nsibu ġnien ta' meditazzjoni inawgurat f’Mejju 2018 bħala kenn għall-kontemplazzjoni u tranquilita fil-qalba taż-Żona ta ‘divertiment ta’ [[Paceville]].<ref>https://www.independent.com.mt/articles/2018-08-28/local-news/President-inaugurates-meditation-garden-at-Millennium-Chapel-6736195512</ref> Mibnija fuq l-inizjattiva u mmexxija minn [[Fr Hilary Tagliaferro]], din il-knisja hija mmexxija mill-patrijiet Agostinjani permezz tal-Milenium Chapel Foundation.<ref>https://timesofmalta.com/articles/view/watch-meditation-garden-to-open-at-pacevilles-millennium-chapel.686668</ref>
[[Stampa:Paceville The Millenium Chapel 1.jpg|daqsminuri|Millenium Chapel f' Paceville]]
 
 
== Postijiet ta' Nteress ==
 
=== Il-Palazz ta' Spinola ===
Minħabba l-biża’ ta’ attakki mill-Musulmani, iż-żona Kostali tat-Tramuntana giet zviluppata wara l-1565. Il-bini tal-[[Palazz Spinola]], fl-1688, jista' jitqies bħala l-ewwel l-pass fir-restawr ta’ San Ġiljan. Il-palazz, flimkien mal-ġonna tal-madwar inbnewt minn [[Fra Paola Raffaele Spinola]] għall-divertiment pubbliku kif iddikjarat fl-iskrizzjoni li wieħed isib fuq l-entratura. Il-palazz kien imkabbar fl-1733 permezz ta’ [[Fra Giovanni Battista Spinola]], suċċessur taz-ziju tiegħu bħala rettur u Kuratur tal-Abbazia.<ref>https://restoration.gov.mt/en/otherprojects/ongoingprojects/Pages/Spinola-Palace---St--Julians.aspx</ref> Matul l-okkupazzjoni Franċiża ta’ Malta fl-1798, San Ġiljan kien l-ewwel belt f’Malta li ntrebah minn truppi Franċiżi. Fil-fatt kien Ġeneral [[Claude Henri Vaubois]] li mexxa l-forzi Franċiżi fis-bajja Spinola.
 
==== Il-Batterija ta' Spinola ====
Waħda minn -batteriji nbniet fid-daħla tal-Bajja ta' San Ġiljan u ssemmiet Spinola Battery . Din inbniet fi żmien il-Gvernatur Smyth fis-sena 1890. Kienet ġiet tiswa s-somma ta' 5000 lira. Il-Gvern Kolonjali Ingliz kien ħaseb biex din il-batterija tkun difiża minn erba' kanuni. Dawn kollha kienu jħarsu lejn il-baħar u bejniethom kellhom il-ħarsien tal-medda baħar faċċata tal-Bajja ta' San Ġiljan. Meta t-theddida t' invażjoni fuq Malta ma baqgħetx biss minn fuq il-baħar u saret iktar theddida mill-ajru, din il-batterija kienet modifikata biex inbidlet f'anti-aircraft battery. Din kienet waħda mir-raġunijiet li din il-batterija kienet attakkata ta' sikwit matul it-Tieni Gwerra Dinjija u għalhekk kienet ġarrbet ħsarat kbar.<ref>https://military.wikia.org/wiki/Spinola_Battery</ref>
Meta l-iżvilupp fl-inħawi ta' San Ġiljan u Paceville beda jikber ġmielu, viċin tal-Batterija ta' Spinola kienet inbniet lukanda. Maż-żmien, din il-lukanda twaqqgħet biex minflokha nbena ċentru turistiku lussuż ħafna magħruf bħala Portomaso. Il-fdalijiet li kien fadal minn din il-batterija ġew inkorporati f' dan il-kumpless turistiku bħala attrazzjoni.<ref>https://military.wikia.org/wiki/Spinola_Battery</ref>
 
==== Bajjiet ====
 
* il-Bajja tal-[[Balluta]]
* il-Bajja ta' [[Spinola]]
 
* il-[[Bajja ta' San George|Bajja ta' San Gorg]]
 
* il-[[Bajja ta' San Giljan]]
 
=== Bini u Zoni ta' Importanza ===
 
* Balluta Builidings
* Dragonara Point
* Il-Qaliet
* Paceville
* Portomaso
* Ta' Giorni
* Villa Rosa
* Wied Ħarq Ħamiem
* Wied tal-Balluta
* Monument Love ta' Richard England
* Villa Leoni
* Villa Priuli
* Villa Blanche
* Villa Cassar Torreggiani
* It-Torri tal-Bajja ta' San Gorg
* Monument ta' Ċensu Tabone
 
{{Malta}}