San Ġiljan (lokalità): Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
mNo edit summary
added picture and content
Linja 13:
Il-belt hija maqsuma f’diversi zoni li huma [[Paceville]], [[Ta’ Ġiorni]], [[Tal-Għoqod]] u [[St. Andrews]]. Hemm ukoll zoni li jiehdu isimhom mill-bajjiet li ghandhom bhal [[Bajja ta’ San Ġorġ]], il-Bajja ta’ [[Spinola]], il-Bajja ta’ [[Balluta]] u [[l-Qaliet]]. San Ġiljan huwa mfittex hafna mit-turisti speċjalment matul ix-xhur tas-sajf. Huwa wkoll wkoll post poloari mal-Maltin.
 
Fis-seklu dsatax, San Ġiljan kienet belt kostali kwieta magħrufa għall-arkitettura tagħha bħall-[[Palazz Spinola]] u gnien madwaru kif ukoll djar ta' vileggatura. IIl-bajja ta’ [[Spinola]] kienet ikkaratterizzata minn sajjieda u d-dghajjes taghhom kif ukoll bdiewa li kienu jahdmu l-ghelieqi tal-post. Din il-belt rat waħda mill-akbar żviluppi fl-infrastruttura fuq il-gżira b’ħafna djar qodma jaqawxjaqaw biex jinbnew blokki ta’ appartamenti. Fl-2020 kien hemm inkwiet pubbliku u protesti mill-individwi, il-Kunsill Lokali u l-Ngos biex jiżviluppaw punt turistiku ta’ Ferry fil-Bajja ta’ Balluta. [14]
 
Fl-2020 gew organizzati protesti minn abitanti tal-lokalita, il-Kunsill Lokali u l-Ngos biex jwaqqfu l-izvilupp ta' pont ghad-Dghajjes tat-turisti fil-Bajja ta’ Balluta.<ref>https://movimentgraffitti.org/en/news/details/267/-stop-hogging-our-seas-balluta-bay-objectors-tell-.htm</ref>
[[Stampa:PortomasoStJulians.jpg|daqsminuri|It-Torri ta' Portomaso u il-Bajja ta' Spinola bil-Luzzi tas-Sajjieda]]
It-Torri ta' [[Portomaso]], huwa l-ghola bini ta’ Malta b’għoli ta’ 97.54 metru u jinsab f’San Ġiljan.<ref>https://web.archive.org/web/20150222073320/http://www.emporis.com/buildings/136726/portomaso-business-tower-saint-julians-malta</ref>
 
Line 24 ⟶ 28:
Il-Kappella maghrufa bhala ''[[Millenium Chapel]]'' giet mfassla mill-perit Malti [[Richard England (Perit)|Richard England]] u ġiet inawgurata fl-2000. Mal-kappella nsibu ġnien ta' meditazzjoni inawgurat f’Mejju 2018 bħala kenn għall-kontemplazzjoni u tranquilita fil-qalba taż-Żona ta ‘divertiment ta’ [[Paceville]].<ref>https://www.independent.com.mt/articles/2018-08-28/local-news/President-inaugurates-meditation-garden-at-Millennium-Chapel-6736195512</ref> Mibnija fuq l-inizjattiva u mmexxija minn [[Fr Hilary Tagliaferro]], din il-knisja hija mmexxija mill-patrijiet Agostinjani permezz tal-Milenium Chapel Foundation.<ref>https://timesofmalta.com/articles/view/watch-meditation-garden-to-open-at-pacevilles-millennium-chapel.686668</ref>
 
Fis-seklu dsatax, San Ġiljan kienet belt kostali kwieta magħrufa għall-arkitettura tagħha bħall-[[Palazz Spinola]] u gnien madwaru kif ukoll djar ta' vileggatura. I-bajja ta’ [[Spinola]] kienet ikkaratterizzata minn sajjieda u d-dghajjes taghhom.Din il-belt rat waħda mill-akbar żviluppi fl-infrastruttura fuq il-gżira b’ħafna djar qodma jaqawx jinbnew blokki ta’ appartamenti. Fl-2020 kien hemm inkwiet pubbliku u protesti mill-individwi, il-Kunsill Lokali u l-Ngos biex jiżviluppaw punt turistiku ta’ Ferry fil-Bajja ta’ Balluta. [14]
 
== Postijiet ta' Nteress ==
Il-fdalijiet li jmorru lura sew fiż-żmien huma fqar fil-kwantità kif ukoll fil-kwalità meta mqabblin ma' ta' rħula oħrajn f'Malta. Il-''cart ruts'' li nsibuhom f'tal-Mensija, li sa ftit ilu kienet tagħmel ma' San Ġiljan, jmorru lura għall-preistorja fi Żmien il-Bronż. Nistgħu ninnutaw li dawn "il-kanali tal-karrettuni" jitfaċċaw kull fejn issib xi firxa blat qawwi li mhux mirduma taħt bini u ħamrija. Din turina biċ-ċar li fiż-Żmien il-Bronż bejn l-2300 u 1000 Q.K. kienu digà joqogħdu n-nies peress li dan hu marbut ma' xi għamla ta' trasport bikri. Il-preżenza tal-''cart ruts'' jissuġġerixxi li seta' kien hemm komunita` agrarja li setgħu użaw il-widien tal-inħawi bħall-Wied Għomor, Wied il-Ballut u Wied Għollieqa. Dawn l-abitanti setgħu kienu joqogħdu f'għerien bħal dik tas-Santwarju tal-Minsija. Kmieni fis-seklu għoxrin instabu żewġ oqbra li nkixfu minn P.F. Bellanti li jmorru lura sa Żmien ir-Rumani. Dawn instabu fl-inħawi tal-Ballut sewwasew taħt il-Kappella tal-Kunvent tal-Qalb ta' Ġesù. Fil-limiti ta' San Ġiljan, insibu fdalijiet li jinsabu fi stat tal-biki. Dan huwa fdal ta' Torri Ruman, wieħed minn tmienja milli għad baqa ġo Malta. Dan jinsab f'Ta' Ċieda, f' tarf Triq il-Korvu fil-Kappara u jmur lura lejn it-tielet seklu W.K. Dan it-Torri baqa' jintuża fi Żmien l-Għarab bħala ċimiterju. Ir-rabta ta' dawn l-inħawi mal-Għarab ma tiqafx hawn fejn tidher biċ-ċar ir-rabta li hemm magħhom bl-ismijiet li ngħataw. Fosthom insemmu lil Tas-Sliema, l-inħawi tal-Ballut u Wied Għomor.
 
=== Fi żmien il-Kavallieri ===
 
Il-lokalità ta' San Ġiljan hija waħda minn dawk il-lokalitajiet f'Malta li jinsabu viċin ħafna tal-baħar. Fil-bidu dan kien biss raħal ċkejken tas-sajjieda li kien magħqud mal-limiti ta' Birkirkara. Sa qabel il-wasla tal-Kavallieri ta' San Ġwann postijiet bħal dawn ma setgħux jiżviluppaw sewwa għax in-nies kienet tibża' tgħammar daqshekk viċin il-baħar. Dan kien dovut għal fatt li dawn il-postijiet kienu ta' sikwit jiġu attakkati mill-furbani tal-baħar li kienu jisirqu kull ma jiġi għal idejhom u jkaxkru lil min jaqbdu fil-jasar. Wara l-1530 il-Kavallieri bdew jaħsbu biex jiffortifikaw il-kosta Maltija biex inaqqsu l-ħbit tal-kursara. Naturalment l-ewwel inħawi li ġew fortifikati kienu l-inħawi tal-Port il-Kbir. Wara bdiet tingħata attenzjoni lil daħliet oħra li kienu kennija biżżejjed li fihom seta' jsir żbark tal-għadu. Kien il-Gran Mastru Alof deWignacourt li ħaseb biex jiddefendi bis-serjeta` il-kosta ta' Malta. Dan il-Gran Mastru ħaseb biex minn butu jibni numru ta' torrijiet f'postijiet vulnerabbli għall-attakki mill-baħar. Dawn kienu l-inħawi ta' Marsaxlokk, Wied il-Għajn, San Pawl il-Baħar, ix-Xgħajra ta' Ħaż-Żabbar u Kemmuna. Il-Gran Mastru Lascaris ħaseb ukoll biex ikompli jsaħħaħ id-difiża tal-kosta. Huwa bena t-torrijiet ta' Sant' Agata fil-Mellieħa, ieħor fil-Ġnejna u ieħor f'Għajn Tuffieħa, wieħed f'Wied iż-Żurrieq u wieħed l-Qawra , bena ieħor fin-Nadur limiti tar-Rabat ta' Malta u ieħor fil-Bajja ta' San Ġorġ f' San Ġiljan. Dan it-torri kien armat b' żewġ kanuni u jinsab f'post strateġiku li jiddefendi sew id-daħla tal-Bajja ta' San Ġorġ u l-kosta tan-naħa ta' St. Andrew's.
 
Imma l-iktar Gran Mastru li bena torrijiet tad-difiża tal-Kosta Maltija kien il-Gran Mastru De Redin li b'kollox bena tlettax-il torri. Fost dawn it-torrijiet, ta' min insemmu dawk li jinsabu fil-viċinanzi ta' San Ġiljan li huma t-Torri msemmi propju ghall-San Ġiljan li jinsab f'Tas-Sliema, Dan it-torri huwa importanti għad-difiża tal-Port ta' San Ġiljan. Fuq in-naħa l-oħra kien jiddefendi ix-Xatt ta' Tas-Sliema. Torrijiet oħrajn li jinsabu fil-viċinanzi ta' San Ġiljan huma t-Torri tal-Madliena li jinsab f' Pembroke, it-Torri ta' Qalet Marku li jinsab viċin Baħar iċ-Ċagħaq u t-Torri tal-Għallis li jinsab viċin is-Salini. Dawn flimkien mat-Torri ta' San Ġorġ li bħalma diġà għedna kien diġà mibni mill-Gran Mastru Lascaris kienu ta' sigurtà kbira għall-inħawi ta' San Ġiljan u għalhekk in-nies setgħet toqgħod iktar trankwilla. Tajjeb ngħidu li dawn it-torrijiet kellhom sistema ta' difiża formidabbli peress li kienu kollha mgħammra bil-kanuni. Barra minn hekk kellhom sistema ta' komunikazzjoni bejniethom li biha setgħu jwasslu messaġġi lil xulxin u lill-poplu f'każ ta' xi attakk. Din is-sistema kienet tajba biżżejjed li fi ftit ħin il-Belt Valletta kienet tkun avżata li kien qiegħed iseħħ attakk għalhekk kienet tipprepara il-kontrattakk u d-difiża.
 
Biex tkompli tikber id-difiża ta' dawn l-inħawi fi żmien il-Gran Mastru Emmanuel Pinto de Fonseca nbena ridott fil-Bajja ta' San Ġorġ li kien jissejjaħ tad-Dragunara. Dan ir-ridott kien mezz ieħor ta' difiża li kien jinbena fil-ġewwieni ta' daħliet jew bajjiet kennija. Quddiem ir-ridott kienet issir trunċiera li kienet tkompli tagħmilha diffiċli lill-għadu biex jiżbarka. Illum minn dan ir-ridott ma fadal xejn ħlief parti minn din it-trunċiera. Ridott ieħor insibuh fit-tarf tal-promontorju ta' Paceville fejn illum insibu Portomaso.
 
Dawn is-sistemi ta' difiża kienu strumentali biex il-ħajja fir-raħal ta' San Ġiljan setgħet toktor u minn daqsxejn ta' raħal tas-sajjieda seta' jikber u joktor fil-popolazzjoni tiegħu. Biżżejjed insemmu li għall-ħabta tal-1580 kienet diġà twaqqfet l-ewwel Knisja ddedikata lil San Ġiljan din reġgħet inbniet mill-ġdid fl-1682. Ftit wara kien inbena ukoll il-Palazz tal-Kavallier Fra Paolo Raffaelle Spinola. Fl-1687 bdiet tinbena il-Kappella tal-Immakulata Kunċizzjoni. Ma' din naraw li kompla jinbena iktar bini residenzjali. Dan l-iżvilupp wassal biex eventwalment fl-1848 il-Knisja l-Qadima ta' San Ġiljan saret Viċi-Parroċċa u fl-1891 saret Parroċċa fejn inqatgħet minn mal-Kolleġjata ta' Birkirkara. Hekk naraw li l-fortifikazzjonijiet minkejja li jintużaw għall-gwerra xorta jistgħu jservu ta' ġid u f'dan il-każ naraw li l-protezzjoni li offrew kienu strumentali biex issawwar ir-raħal ta' San Ġiljan.
 
==== Il-Batterija ta' Spinola ====
Waħda minn dawn il-batteriji nbniet fid-daħla tal-Bajja ta' San Ġiljan u ssemmiet Spinola Battery . Din inbniet fi żmien il-Gvernatur Smyth fis-sena 1890. Kienet ġiet tiswa s-somma ta' 5000 lira. Il-Gvern Kolonjali Ingliz kien ħaseb biex din il-batterija tkun difiża minn erba' kanuni. Dawn kollha kienu jħarsu lejn il-baħar u bejniethom kellhom il-ħarsien tal-medda baħar faċċata tal-Bajja ta' San Ġiljan. Meta t-theddida t' invażjoni fuq Malta ma baqgħetx biss minn fuq il-baħar u saret iktar theddida mill-ajru, din il-batterija kienet modifikata biex inbidlet f'anti-aircraft battery. Din kienet waħda mir-raġunijiet li din il-batterija kienet attakkata ta' sikwit matul it-Tieni Gwerra Dinjija u għalhekk kienet ġarrbet ħsarat kbar.
 
Wieħed mill-iktar xogħlijiet li wettqu l-Kavallieri f' Malta u li baqgħu msemmijin għalih kien ix-xogħol fuq id-difiża ta' dawn il-gżejjer. Mhux ta' b'xejn li l-gżira ta' Malta tlaqqmet bħala il-gżira fortizza. Dan il-laqam ingħata lil Malta minħabba n-numru kbir ta' fortizzi biex iħarsuha u s-sistema formidabbli ta' difiża li kellha. Meta l-Franċiżi keċċew minn Malta lill-Ordni tal-Kavallieri ta' San Ġwann, sabu sistema ta' difiża fi stat tajjeb ħafna u b'saħħitha. Għalhekk, ma damux ma okkupaw il-fortizzi kollha u stabilixxew sistema ta' tmexxija. Il-liġijiet Franċiżi kienu ibsin u bdew joħorġu waħda wara l-oħra.
Meta l-Maltin qamu kontra l-Franċiżi fl-1798 kellhom jiġġieldu kontra dawn il-fortifikazzjonijiet li ironikament kienu nbnew biex jiddefenduhom mill-għedewwa. Fil-fatt, ħafna mis-swar ta' Malta, ħlief għal dawk tal-Imdina, tal-Birgu, tal-Isla u ta' Sant' Iermu, qatt ma kienu ntużaw f' konfront dirett jew f'invażjoni. Għalhekk, meta l-Franċiżi ngħalqu fl-ibliet u fil-fortizzi, kienu l-Maltin li kellhom jattakkaw u jagħmlu assedju fuqhom. Wara kważi sentejn ta' gwerra, il-Franċiżi ċedew u telqu.
Meta l-Ingliżi bdew jistabilixxu ruħhom bħala ħakkiema ta' Malta, ma damux ma ntebħu bl-importanza strateġika li kellhom il-gżejjer tagħna u kien għalhekk li komplew jiffortifikawhom u jsaħħuhom. Hekk naraw li nbnew numru ta' fortizzi mferrxin ma' Malta kollha. Barra minn dawn il-fortizzi, ħasbu ukoll biex, kif kienu għamlu l-Kavallieri snin qabel, jibnu numru ta' batteriji u trunċieri biex dejjem jaħsbu biex jilqgħu kontra xi invażjoni minn fuq il-baħar. Hekk naraw li f'diversi postijiet u daħliet kennija nbnew dawn il-batteriji.
Waħda minn dawn il-batteriji nbniet fid-daħla tal-Bajja ta' San Ġiljan u ssemmiet Spinola Battery . Din inbniet fi żmien il-Gvernatur Smyth fis-sena 1890. Kienet ġiet tiswa s-somma ta' 5000 lira. Il-Gvern Kolonjali Ingliz kien ħaseb biex din il-batterija tkun difiża minn erba' kanuni. Dawn kollha kienu jħarsu lejn il-baħar u bejniethom kellhom il-ħarsien tal-medda baħar faċċata tal-Bajja ta' San Ġiljan. Meta t-theddida t' invażjoni fuq Malta ma baqgħetx biss minn fuq il-baħar u saret iktar theddida mill-ajru, din il-batterija kienet modifikata biex inbidlet f'anti-aircraft battery. Din kienet waħda mir-raġunijiet li din il-batterija kienet attakkata ta' sikwit matul it-Tieni Gwerra Dinjija u għalhekk kienet ġarrbet ħsarat kbar.
Meta l-iżvilupp fl-inħawi ta' San Ġiljan u Paceville beda jikber ġmielu, viċin tal-Batterija ta' Spinola kienet inbniet lukanda. Maż-żmien, din il-lukanda twaqqgħet biex minflokha nbena ċentru turistiku lussuż ħafna magħruf bħala Portomaso. Il-fdalijiet li kien fadal minn din il-batterija ġew inkorporati f' dan il-kumpless turistiku bħala attrazzjoni.