San Ġiljan (lokalità): Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
mNo edit summary
mNo edit summary
Linja 24:
Il-Kappella maghrufa bhala ''[[Millenium Chapel]]'' giet mfassla mill-perit Malti [[Richard England (Perit)|Richard England]] u ġiet inawgurata fl-2000. Mal-kappella nsibu ġnien ta' meditazzjoni inawgurat f’Mejju 2018 bħala kenn għall-kontemplazzjoni u tranquilita fil-qalba taż-Żona ta ‘divertiment ta’ [[Paceville]].<ref>https://www.independent.com.mt/articles/2018-08-28/local-news/President-inaugurates-meditation-garden-at-Millennium-Chapel-6736195512</ref> Mibnija fuq l-inizjattiva u mmexxija minn [[Fr Hilary Tagliaferro]], din il-knisja hija mmexxija mill-patrijiet Agostinjani permezz tal-Milenium Chapel Foundation.<ref>https://timesofmalta.com/articles/view/watch-meditation-garden-to-open-at-pacevilles-millennium-chapel.686668</ref>
 
Fis-seklu dsatax, San Ġiljan kienet belt kostali kwieta magħrufa għall-arkitettura tagħha bħall-[[Palazz Spinola]] u gnien madwaru kif ukoll djar ta' vileggatura. I-bajja ta’ [[Spinola]] kienet ikkaratterizzata minn sajjieda u d-dghajjes taghhom.Din il-belt rat waħda mill-akbar żviluppi fl-infrastruttura fuq il-gżira b’ħafna djar qodma jaqawx jinbnew blokki ta’ appartamenti. Fl-2020 kien hemm inkwiet pubbliku u protesti mill-individwi, il-Kunsill Lokali u l-Ngos biex jiżviluppaw punt turistiku ta’ Ferry fil-Bajja ta’ Balluta. [14]
 
Din il-belt Kostali rat waħda mill-akbar żviluppi fl-infrastruttura fuq il-gżira b’ħafna djar qodma mwaqqgħin biex jinbnew blokki ta’ appartamenti. Fl-2020 kien hemm inkwiet pubbliku u protesti mill-individwi, il-Kunsill Lokali u l-Ngos biex jiżviluppaw punt turistiku ta’ Ferry fil-Bajja ta’ Balluta. [14]
 
Il-fdalijiet li jmorru lura sew fiż-żmien huma fqar fil-kwantità kif ukoll fil-kwalità meta mqabblin ma' ta' rħula oħrajn f'Malta. Il-''cart ruts'' li nsibuhom f'tal-Mensija, li sa ftit ilu kienet tagħmel ma' San Ġiljan, jmorru lura għall-preistorja fi Żmien il-Bronż. Nistgħu ninnutaw li dawn "il-kanali tal-karrettuni" jitfaċċaw kull fejn issib xi firxa blat qawwi li mhux mirduma taħt bini u ħamrija. Din turina biċ-ċar li fiż-Żmien il-Bronż bejn l-2300 u 1000 Q.K. kienu digà joqogħdu n-nies peress li dan hu marbut ma' xi għamla ta' trasport bikri. Il-preżenza tal-''cart ruts'' jissuġġerixxi li seta' kien hemm komunita` agrarja li setgħu użaw il-widien tal-inħawi bħall-Wied Għomor, Wied il-Ballut u Wied Għollieqa. Dawn l-abitanti setgħu kienu joqogħdu f'għerien bħal dik tas-Santwarju tal-Minsija. Kmieni fis-seklu għoxrin instabu żewġ oqbra li nkixfu minn P.F. Bellanti li jmorru lura sa Żmien ir-Rumani. Dawn instabu fl-inħawi tal-Ballut sewwasew taħt il-Kappella tal-Kunvent tal-Qalb ta' Ġesù. Fil-limiti ta' San Ġiljan, insibu fdalijiet li jinsabu fi stat tal-biki. Dan huwa fdal ta' Torri Ruman, wieħed minn tmienja milli għad baqa ġo Malta. Dan jinsab f'Ta' Ċieda, f' tarf Triq il-Korvu fil-Kappara u jmur lura lejn it-tielet seklu W.K. Dan it-Torri baqa' jintuża fi Żmien l-Għarab bħala ċimiterju. Ir-rabta ta' dawn l-inħawi mal-Għarab ma tiqafx hawn fejn tidher biċ-ċar ir-rabta li hemm magħhom bl-ismijiet li ngħataw. Fosthom insemmu lil Tas-Sliema, l-inħawi tal-Ballut u Wied Għomor.