San Ġiljan (lokalità): Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Tags: VisualEditor Modifika bil-mowbajl Modifika mill-web għall-mowbajl
added content and citations
Linja 1:
{{wikifikazzjoni}}
'''San Ġiljan''' huwa raħal magħruf għad-divertiment u l-lukandi.
 
San Ġiljan hija belt fir-Reġjun Ċentrali ta’ Malta. Fl-2020, in-numru rreġistrat ta’ abitanti kien ta’ 13,792<ref>https://www.gov.mt/en/Government/DOI/Government%20Gazette/Documents/2019/09/Government%20Gazette%20-%203rd%20September.pdf</ref>. Din il-belt tinsab tul il-kosta, fit-Tramuntana tal-belt kapitali tal-pajjiż, il-Belt Valletta. San Ġiljan huwa magħruf għal negozji orjentati lejn it-turiżmu, bħal lukandi, ristoranti u diskoteki li huma ċċentrati l-aktar f’żona magħrufa bħala Paceville.
Mhuwiex raħal assoċjat ma' fdalijiet storiċi li jmorru lura sew fiż-żmien. Sal-1800 f'dawn l-inħawi ma kien hawn xejn għajr Palazzo Spinola, il-Kappella tal-Kunċizzjoni, il-Knisja ta' San Ġiljan Ospidalier magħrufa popolarment bħala “Ta' Lapsi” u erba' griebeġ ta' sajjieda u bdiewa imferrxin 'l hemm u 'l hawn. Dari, dawn l-inħawi ma tantx kienu mfittxija minkejja l-ġmiel tan-natura li kien hawn speċjalment b'Wied Għomor. Is-sindku ta' dan ir-raħal huwa Karl Gouder
 
== Festi u Tradizzjonijiet ==
Il-belt hija msemmija għall-qaddis patrun tagħha; San Ġiljan li hu magħruf bħala [[Ġiljan l-Ospitalier|Giljan l-Ospetalier]] <ref>https://www.catholicnewsagency.com/saint/st-julian-the-hospitaller-145</ref>u Ġiljan tal-Foqra fejn hu wkoll l-Patrun tal-kaċċaturi<ref>https://www.catholic.org/saints/saint.php?saint_id=400</ref>. Qabel ir-riforma fil-Kalendarju tal-Qaddisin, il-festa ta San Ġiljan kienet fis-27 ta Jannar. Illum il-ġurnata tiġi ċċelebrata fit-12 ta’ Frar, għalkemm f’Malta tiġi ċċelebrata festa oħra, fl-ispirtu tal-ħafna festi tas-sajf madwar il-gżira, fl-aħħar Ħadd ta’ Awwissu.<ref>https://revealmalta.com/places/5-facts-didnt-know-st-julians/</ref>
 
Kompetizzjoni partikolari ħafna konnessa mal-festa tar-raħal hija magħrufa bħala il-Ġostra.<ref>https://www.airmalta.com/blog/malta/il-gostra-malta/</ref> Din it tradizzjoni kompetittiva tinvolvi li l-parteċipanti jitilgħu u jimxu kemm jista’ jkun tul arblu mimli xaħam imżerżaq li jiġi sospiż fuq il-baħar. Ir-rebbieħ huwa l-persuna li jaħtaf waħda mit-tliet bandieri mit-tarf ta' l-arblu. Kull bandiera tirrappreżenta premijiet diversi. <ref name=":0">https://timesofmalta.com/articles/view/st-julians-feast-celebrated-with-gostra-and-hunting-traditions.582581</ref>
 
Tradizzjoni oħra marbuta mal-festa ta’ din il-lokalità hija l-Musketterija. Sa mill-1982, Kaċċaturi zammew it-tradizzjoni billi jisparaw kartocci vojta mimlija bil-trab iswed mil-bejt tal-knisja parrokkjali hekk kif l-istatwa tal-qaddis patrun toħroġ mill-knisja. Ħafna jgħidu li din it-tradizzjoni hija konformi ma' l-istorja tal-lokalità li kienet tkun isservi bhala post tal-kaċċa għall-Kavallieri ta’ Malta.<ref name=":0" />
 
== Storja ==