Birkirkara: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
mNo edit summary
added history
Linja 35:
 
==Storja==
Birkirkara hija waħda mill-eqdem bliet f’Malta b’referenza rrekordjata fl-1402 fil-kitba ta' [[Luttrell, Anthony T]], ''Cappella of Birkarkam'' <ref>https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/38417</ref> Hija ssemmiet fir-Rapport Ekkleżjastiku tal-1436 li jsemmi l-parroċċi f’Malta u Għawdex li kienu jeżistu dak iż-żmien, li minnhom Birkirkara ħareġ bħala l-akbar parroċċa<ref>http://archives.maltadiocese.org/Portals/0/Issue%205%20-%20Jun%202014.pdf</ref>. Matul is-snin żviluppaw diversi parroċċi u subborgi minn Birkirkara, fosthom [[Tas-Sliema|Sliema]], [[San Ġiljan (lokalità)|San Ġiljan]], [[Imsida]], il-[[Ħamrun]] fis-seklu 19 u [[Santa Venera]] fil-bidu tas-seklu 20. Fis-snin aktar reċenti, [[San Ġwann (Malta)|San Ġwann]] (1965) u [[Tal-Ibraġ]] li hareg minn Birkirkara biex jifforma parti mill-lokalità tas-Swieqi fl-1993.
 
Tul is-snin Birkirkara kibret f’ċentru kummerċjali importanti kif ukoll f’żona residenzjali b’densità għolja ta’ popolazzjoni.
 
== Knejjes ==
Il-Parroċċa ta' Birkirkara kienet ilha mill-1360 bil-kappella ta' Santa Elena fil-limiti tal-Għargħar. Fl-1436, l-Isqof Mons. Dusina rrikonoxxiha bħala waħda mill-għ[[Ħ'Attard|Ħ]]<nowiki/>axar Parroċċi ta' Malta. Fil-5 ta' Diċembru 1630, Papa Urbanu VIII waqqaf il-Kolleġjata Elenjana permezz ta' Bolla Papali bl-isem "Sacri Apostolatus Ministerio". Dan kien fi żmien il-Kappillan [[Dun Filippu Borgia]] (1567-1649).