Neolitiku: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m Removing Link FA template (handled by wikidata)
Linja 9:
[[Stampa:Skorbagrizauhamra.JPG‎|thumb|right|310px| Skorba Griża u Ħamra]]
L-istudjużi jaħsbu li aktar ma' beda jgħaddi ż-żmien, aktar ġew nies minn barra jgħammru fuq dawn il-gżejjer. Dawn in-nies ma baqgħux jgħixu biss f'għerien, iżda kien hemm minnhom li bdew jibnu d-djar (għarajjex) ċkejkna sempliċi magħmula mit-tajn. Ħafna djar viċin xulxin bdew jieħdu qagħda tar-[[raħal]] żgħir. Minn dawn l-irħula ċkejkna li kont issibhom imxerrda madwar il-[[Gżejjer Maltin]],illum baqa' biss xi ftit fdalijiet żgħar tagħhom. Fi [[Skorba]] viċin l-[[Imġarr]] instabu xi pedamenti u fdalijiet ta' bini ta' [[tempji]] u ta' djar minn żmien il-[[Preistorja]]. Sfortunatament, illum baqa' biss xi ftit fdalijiet u pedamenti. Skorba huwa maqsum f'żewġ fażi:Skorba Griża u Skorba Ħamra. Wara li għadda xi ftit żmien, il-kulur tal-fuħħar griż ma ntogħġobx u għalhekk inħoloq fuħħar ta' lewn aħmar skur.
 
[[Kategorija:Preistorja]]