Ludwig van Beethoven: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Bot: sostituzzjoni tal-istampa minn Beethoven_Hammerklavier.jpg għal Beethoven_Klaviersonate_Nr_30.jpg
Linja 119:
=== 1818-1827: L-aħħar xogħlijiet ta' Beethoven ===
==== Il-quddiesa fir-Re u s-saħħiet lill-pjanu ====
[[Stampa:Beethoven HammerklavierKlaviersonate Nr 30.jpg|thumb|right|250px|Paġna mill-manuskritt tas-'''[[Sonata għall-pjanu nru. 30 (Beethoven)|Sonata għall-pjanu nru. 30]]''' op. 109 (1820).]]
 
Beethoven reġa' ġie f'tiegħu fl-aħħar tal-1817, meta kiteb sonata ġdida biex tindaqq fuq il-[[pjanu-forte]] l-iżjed modern (''Hammerklavier'' bil-Ġermaniż). Hu ried li din tkun l-iżjed vasta minn dawk kollha li kien ikkompona sa dak iż-żmien. Fiha uża sal-aħħar, il-kapaċità kollha tal-istrument, għal kważi ħamsin minuta. Imma din is-sonata, is-''[[Sonata għall-pjanu nru. 29 (Beethoven)|Sonata Kbira għall-Hammerklavier]]'' opus 106 intlaqgħet b'indifferenza mill-pjanisti kontemporanji ta' Beethoven għax dehrilhom li ma tistax tindaqq u li t-truxija tal-mużiċista għamlitu mhux kapaċi li jqis eżattament il-possibbilitajiet tal-istrument. Barra mid-''[[Sinfonija nru. 9 (Beethoven)|Disa' Sinfonija]]'', ġara l-istess għall-aħħar sensiela ta' xogħlijiet tiegħu. Però hu stess kien jaf li kienu avvanzati wisq għal żmienhom. Madankollu ma tantx kien jagħti każ tat-tgergir tal-pjanisti u fl-1819 lill-editur tiegħu qallu: "Din is-sonata se tħabbat 'il-pjanisti meta jdoqquha ħamsin sena oħra".<ref>[http://www.altamusica.com/concerts/document.php?action=MoreDocument&DossierRef=2298&DocRef=2585 altamusica.com]</ref> Min dak iż-żmien, billi kien ittarrax għal kollox, kellu jikkomunika man-nies ta' madwaru permezz tal-"pitazzi tal-konverżazzjoni" li allavolja l-parti kbira minhom intilfu jew inqerdu, illum ituna xhieda imprezzabbli tal-aħħar perjodu ta' ħajtu.