Jum Ewropew tan-Numru ta’ Emerġenza: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
editing sources
Linja 3:
[[Stampa:Edelgard_Huber_von_Gersdorff_2.2.2018_EUROPE_DIRECT.png|daqsminuri|Edelgard Huber von Gersdorff, ta’ 112-il sena, ġiet magħżula bħala patruna onorarja tal-kampanja ‘Ewropa Waħda – numru wieħed!’, biex jikber l-għarfien dwar in-numru Ewropew ta’ emerġenza 112.]]
 
Il-'''Jum Ewropew tan-Numru ta’ Emerġenza''' jitfakkar kull sena fil-11 ta’ Frar madwar l-Ewropa kollha. Il-jum ġie introdott mill-[[Unjoni Ewropea]] fl-1991 biex jippromwovi s-servizz u l-użu tajjeb tan-numru ta’ emerġenza li jista’ jintuża fl-Ewropa kollha.<ref>[http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=CELEX:31991D0396:en:HTML “Deċiżjoni tal-Kunsill tad-29 ta 'Lulju 1991 dwar l-introduzzjoni ta' numru wieħed ta 'sejħa għal emerġenza Ewropea”], Rilaxxat mill-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej, 29 ta 'Lulju, 1991.</ref>
 
== Sejħa ta’ emerġenza madwar l-Ewropa ==
Linja 11:
== Oriġini ==
 
Il-[[Parlament Ewropew]], il-[[Kunsill tal-Unjoni Ewropea]] u l-[[Kummissjoni Ewropea]], iffirmaw konvenzjoni fl-2009 biex kull sena jibda jitfakkar il-jum Ewropew tal-112. Dan il-jum hu maħsub biex ikattar l-għarfien mal-Ewropa kollha dwar l-użu u l-vantaġġi tan-numru Ewropew ta’ emerġenza. Il-jum tal-11 ta’ Frar intgħażel minħabba li d-data tirrifletti n-numru nnifsu – 11 u 2.<ref>[https://www.consilium.europa.eu/uedocs/cms_data/docs/pressdata/en/ecofin/106007.pdf Dikjarazzjoni Konġunta Tripartita li Twaqqaf "Jum 112 Ewropew"], Stqarrija għall-istampa mill-Kunsill ta 'l-Ewropa, 10 ta' Frar, 2009.</ref> L-idea li jiġi ddedikat dan il-jum bdiet tiġi diskussa fl-2007 fil-Parlament Ewropew fil-kuntest tal-preparamenti għad-Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew dwar in-numru Ewropew ta’ emerġenza 112.<ref>[http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?pubRef=-//EP//TEXT+TA+P6-TA-2007-0408+0+DOC+XML+V0//EN Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew dwar in-numru Ewropew ta 'sejħa ta' emerġenza 112], Stqarrija għall-istampa mill-Parlament Ewropew, 25 ta 'Settembru, 2007.</ref>
Il-ħtieġa li jikber l-għarfien tan-numru ta’ emerġenza Ewropew 112 ġiet ikkonfermata minn stħarriġ tal-Ewrobarometru 228 fi Frar 2008: bħala medja Ewropea, 22% biss ta’ dawk li ħadu sehem fl-istħarriġ kienu jafu li n-numru 112 jgħodd għall-Unjoni Ewropea kollha. F’Malta, kienu jafu bih 11% biss.<ref>[http://ec.europa.eu/public_opinion/flash/fl_228_sum_en.pdf Ewrobarometru Flash Nr. 228, In-Numru Ewropew ta ’Emerġenza 112], Sommarju, 11 ta 'Frar, 2008, p. 12.</ref> Dan ġie kkonfermat fl-2009 (24% medja Ewropea, 17% f’Malta)<ref>[http://ec.europa.eu/public_opinion/flash/fl_262_sum_en.pdf Ewrobarometru Flash Nr. 262, In-Numru Ewropew ta ’Emerġenza 112], Sommarju, 11 ta 'Frar, 2009, p. 11.</ref> u fl-2010 (25% medja Ewropea, 19% f’Malta).<ref>[http://ec.europa.eu/public_opinion/flash/fl_285_en.pdf Ewrobarometru Flash Nr. 285, In-Numru Ewropew ta ’Emerġenza 112], Rapport Analitiku, 11 ta 'Frar, 2010, p. 29.</ref>
 
== Ċelebrazzjoni ==
 
Fl-Ewropa jittieħdu ħafna inizjattivi kull sena biex jitfakkar il-Jum Ewropew 112. Xi inizjattivi jittieħdu mill-politiċi u uffiċjali tal-gvern, oħrajn minn entitajiet ta’ salvataġġ u tal-protezzjoni ċivili, kif ukoll għaqdiet mhux governattivi. F’Malta, fis-sena 2020, il-korp tal-pulizija, l-armata u uffiċjali tal-protezzjoni ċivili organizzaw attività fi skola primarja dwar kif in-numru 112 jintuża b’mod responsabbli <ref>[https://www.youtube.com/watch?v=Pmas1HfRVNw rapport dwar l-użu responsabbli tal-112], ippubblikat fil-11 ta'Frar 2020.</ref> . Attivitajiet simili ġew organizzati mal-Ewropa kollha, bħal pereżempju fi Brussell, fejn il-Manneken-Pis tlibbes kostum tal-112<ref>[https://belgium.euresidence.me/residence-permit-eu/manneken-pis-calls-112/ Manneken Pis calls 112 :).]</ref>, jew fl-Estonja, b’kompetizzjoni għall-familji u tfal tal-kindergarten li fiha kellhom jiktbu ‘112’ fis-silġ u jibagħtu ritratt.
 
== Referenzi ==