Differenza bejn ir-reviżjonijiet ta' "Nicole Hohloch"

l-ebda taqsira
m (Bot: Migrating 19 interwiki links, now provided by Wikidata on d:Q236061)
 
Nicole irrapreżentat lill-[[Ġermanja fil-Festival tal-Eurovision|Ġermanja]] fil-[[Festival tal-Eurovision]] [[Festival tal-Eurovision 1982|1982]] meta rebħet bil-kanzunetta, "[[Ein bißchen Frieden]]" ("Xi Ftit tal-Paċi"), b'[[mużika]] ta' [[Ralph Siegel]] u [[lirika]] ta' [[Bernd Meinunger]]. Meta reġgħet kantat il-kanzunetta wara t-tmiem tal-votazzjoni, hi esegwixxiet partijiet tal-kanzunetta bl-[[Lingwa Ingliża|Ingliż]], [[Lingwa Franċiża|Franċiż]] u [[Lingwa Olandiża|Olandiż]] flimkien mal-lingwa oriġinali, il-[[Lingwa Ġermaniż|Ġermaniż]].
 
Il-verżjoni Ingliża ta' din il-kanzunetta "A Little Peace" waslet biex saret il-500 kanzunetta li kklassifikat fl-ewwel post fil-[[UK Singles Chart]] tar-[[Renju Unit]].<ref>{{Ċita ktieb |isem=Jo |kunjom=Rice |sena=1982 |titlu=The Guinness Book of 500 Number One Hits |edizzjoni=l-ewwel edizzjoni |editur=Guinness Superlatives Ltd |belt=Enfield, Middlesex |paġni=224 |id={{ISBN |0-85112-250-7}} }}</ref> Ġew ippublikati verżjonijiet oħra bil-[[Lingwa Franċiża|Franċiż]] ("La Paix sur Terre"), bl-[[Lingwa Olandiża|Olandiż]] ("Een beetje vrede"), bl-[[Lingwa Spanjola|Ispanjol]] ("Un poco de paz"), bid-[[Lingwa Daniża|Daniż]] ("En smule fred"), bl-[[Lingwa Slovena|Isloven]] ("Malo miru") u bil-[[Lingwa Pollakka|Pollakk]] ("Troszeczkę ziemi, troszeczkę słońca").
 
== Referenzi ==