Isaac Newton: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
tiswija tal-ISBN
Linja 60:
[[Stampa:Trinity Isaac.JPG|thumb|left|200px|Statwa ta' Isaac Newton fit-Trinity College, [[Cambridge]].]]
 
Fl-1677, Newton reġa' beda jaħdem fuq il-mekkanika, jiġifieri l-gravità u l-effetti tagħha fuq l-orbiti tal-pjaneti. Għal dan ix-xogħol mexa mal-[[liġijiet ta' Kepler]] fuq il-moviment tal-pjaneti u kkonsulta wkoll 'il [[Robert Hooke]] u 'l [[John Flamsteed]].<ref>''Oxford Figures 800 Years of the Mathematical Sciences'', John Fauvel, Raymond Flood, Robin J. Wilson, paġni 121 & 122 (Oxford University Press - 2000) ({{ISBN |0-19-852309-2}})</ref> F'Novembru tal-1684, bagħat 'il [[Edmond Halley|Halley]] trattat qasir ta' disa' paġni bit-titlu: ''De motu corporum in gyrum'' (Moviment tal-korpi jduru), fejn wera l-[[Liġi tal-invers kwadrat]], il-[[forza ċentripeta]] u kien fih l-ewwel ħjiel tal-[[Liġijiet tal-moviment ta' Newton]] li nsibu aktar tard fix-xogħol kbir tiegħu ''[[Philosophiae Naturalis Principia Mathematica]]'' (li llum insibuh bl-isem ''Principia'' jew ''Principia Mathematica'') li ħareġ fil-5 ta' Lulju 1687 bl-għajnuna finanzjarja u l-inkuraġġament ta' [[Edmond Halley]]. Il-metodi tal-kalkulu li uża fih kienu l-ewwel bidu tal-kalkulu vettorjali. Fil-ktieb tiegħu, fuq żewġ volumi, Newton stabbilixxa t-tliet [[Liġijiet tal-moviment ta' Newton|liġijiet universali tal-moviment]] li baqgħu mingħajr bdil jew titjib għal żewġ sekli. Fih uża l-kelma bil-Latin "gravitas" li tfisser ''piż'', biex jitkellem fuq l-effetti li llum insejħulhom [[gravità]] u ddefinixxa l-liġijiet tal-[[gravitazzjoni universali]].
Fl-istess xogħol ippreżenta l-ewwel determinazzjoni analitika, ibbażata fuq il-liġijiet ta' [[Edmond Halley]] u [[Robert Boyle]] tal-[[veloċità tal-ħoss]].
 
Linja 80:
[[Stampa:Bolton-newton.jpg|thumb|left|200px|Isaac Newton (Bolton, Sarah K. ''Nies famużi tax-Xjenza'' New York: Thomas Y. Crowell & Co., 1889)]]
Minkejja dan, xi membri tar-Royal Society (li Newton kien membru tagħha) akkużaw lil Leibniz li kien ipplaġja lil Newton. L-argument ħareġ fil-beraħ fl-1711.<ref>''Der Briefwechsel von Johann I [[Bernoulli]]'', Band 3. P Costabel, Pierre
Varignon, J. Peiffer, David Speiser, Otto-Spiess-Stiftung. Notes en français: paġni 541 & 542 (Birkhaüser - 1992)({{ISBN |3-7643-2637-9}})</ref> meta r-Royal Society fi studju stqarret li kien Newton li kien skopra l-metodu u li [[Leibniz]] kien impostur. L-argument ħassar il-ħajja ta' Newton u ta' Leibniz sakemm dan miet fl-1716.
 
Għal xi żmien, Newton kellu ħbiberija qawwija ma' Nicolas Fatio de Duillier li kien impressjonat ħafna bit-teorija tal-gravità. Fl-1691 dan beda jlesti verżjoni ġdida tal-''Philosophiæ Naturalis Principia Mathematica'' imma qatt ma' spiċċaha. Il-ħbiberija birdet ħesrem fl-1694. Dak iż-żmien Duillier kellu xi korrespondenza ma' Leibniz. Ma dan kollu f'''mémoire'' ippublikat fl-1699, Duriez għaraf lil Newton bħala l-ewwel inventur tal-kalkulu infiniteżmali.
Linja 112:
Għalkemm hu iżjed magħruf għad-dedikazzjoni tiegħu għax-[[xjenza]], il-[[Bibbja]] kienet l-ikbar imħabba ta' Newton. Hu ddedika aktar ħin għall-istudju tal-iSkrittura milli għax-xjenza, u qal, "Jien għandi twemmin fundamentali fil-Bibbja bħala l-Kelma t'Alla, miktuba minn dawk li kienu ispirati minnu. Nistudja l-Bibbja kuljum." Qatta' ħafna żmien jipprova jiskopri messaġġi moħbija fil-Bibbja.
 
Hemm opinjoni mifruxa li Newton kien [[Unitarjaniżmu|Unitarjan]] u [[arjaniżmu|Arjan]], u ma jaqbilx mad-domma tat-[[Trinità]]. Semma' "l-adorazzjoni ta' Kristu bħala Alla" fil-lista ta' "Idolatria" fil-pitazz teoloġiku tiegħu<ref> Westfall, Richard S. ''The Life of Isaac Newton'', (Il-Ħajja ta' Isaac Newton), Cambridge U Press, 1993, {{ISBN |0-521-47737-9}}, p. 124
</ref>. Hemm minoranza li huma tal-fehma li x'aktarx Newton fil-ħsieb tiegħu kien ħafna eqreb lejn kif il-Knisja Ortodossa tal-Lvant tħares lejn it-Trrinità milli kif iħarsu lejha il-knejjes Insara tal punent bħall-Kattoliċi, l-Anglikani u l-parti l-kbira tal-Protestanti<ref> Pfizenmaier, T.C., "Was Isaac Newton an Arian?", (Newton kien Arjan?), ''Journal of the History of Ideas'' '''68'''(1):57–80, 1997.
</ref>.
Linja 150:
 
[[Stampa:Isaac Newton Labratory Fire.jpg|thumb|left|200px|Inċiżjoni tal-1874 li turi l-ħruq tal-laboratorju ta' Newton.<ref> Fl-istorja, li x'aktarx hi appokrifa, il-kelb tiegħu li kien semmih "Diamond" beda n-nar li ħaraq ir-riċerki ta' 20 sena. Jingħad li Newton instema' jgħidlu, {{Iċċita|"Ja Diamond, ja Diamond, ftit taf il-gwaj li wettaqt."}}
Alfred Rupert Hall, ''Isaac Newton: Eighteenth Century Perspectives'', Oxford University Press, 1999, paġna 175. {{ISBN |0-19-850364-4}}.</ref>]]
Xi tipi ta' alkimija kienu pprojbiti fl-[[Ingilterra]] matul il-ħajja ta' Newton, minħabba xi prattikanti bla skrupli li kienu jwegħdu lill-benefatturi għonja riżultati li qatt ma setgħu jintlaħqu biex jisolħulhom il-flus. Il-gvern Ingliż kien jibża' wkoll li jekk jinstab il-Ħaġar Filosofali, id-deheb imbagħad jitlef il-valur tiegħu, u għalhekk għamel pieni ħorox għal min jipprattika l-alkimija. F'ċerti każi il-kastig għall-prattika tal-alkimija bla permess kien ikun tgħallieq fuq forka ndurata imżejna bil-karti kuluriti.
 
Linja 183:
 
* Newton kien [[alkimista]] akkanit. Imma l-familja tiegħu ħbiet id-dokumenti tiegħu f'dan il-qasam għax beżgħu li fil-futur dawn kienu ħa jnaqqsu mill-fama tiegħu.<ref>''Newton ou le triomphe de l'alchimie'' par Jean-Paul Auffray, Le Pommier editur, April 2000 </ref>
* Newton sikwit jppreżentawh bħala [[veġetarjan]] ħerqan,<ref>Congrès International de la Protection de L'Enfance. Vol 1, paġna 195 (Durand et Pedone-Lauriel, Paris - 1883) ({{ISBN |1-4212-0198-4}})</ref> madanakollu m'hemm xejn li jappoġġja din l-ipoteżi ħlief xi riċetti mit-tobba lejn l-aħħar ta' ħajtu, iħajruh jiekol ikel ħafif.
* Newton hu rikonoxxut li stabbilixxa l-liġi tal-gravità universali, imma hemm bżonn li ngħidu li għad hemm xi dubji dwar dan il-fatt. Fil-fatt, Newton dam jaħdem ma' [[Robert Hooke]], u ''warrbu'' b'ċertu mod li l-iskoperta saret tiegħu biss. L-iskoperta waqqfet il-ħidma xjentifika ta' Hook.
* Skont artiklu ppubblikat f'rivista Amerikana tal-psikjatrija fl-2000, Newton meta kellu ħamsin sena bata b'psikożi tal-persekuzzjoni.<ref>[http://ajp.psychiatryonline.org/cgi/content/full/157/3/444] Chronic Late-Onset Schizophrenia-Like Psychosis That Remitted: Revisiting Newton's Psychosis? -- Jeste, et al. 157 (3): 444 -- Am J Psychiatry</ref>
Linja 204:
 
== Studji fuq il-personalità u x-xogħol ta' Newton ==
* James Gleick, ''Isaac Newton'', Pantheon. ({{ISBN |1400032954}}).
* Richard S. Westfall , ''Newton. 1642-1727'' ({{ISBN |2-08-211199-7}}).
* [[Alexandre Koyré]], ''Newtonian Studies'', Cambridge/Mass. 1965.
* [[Alexandre Koyré]], ''From the Closed World to the Infinite Universe'', Baltimore 1957.