Content deleted Content added
Linja 283:
:::Kunċett interessanti simili tal-''hackathon'' li kien isir fil-passat fuq Translatewiki.net kienu ''[[betawiki:Category:Translatewiki.net Translation Rally|Rallies]]'' fejn f'perjodu ta' żmien (xi ftit iktar aktar estiż minn ''hackathon'') jiġu tradotti messaġġi tal-MediaWiki (u proġetti oħra) bil-lingwi. Naħseb li kieku nimplementawha ma tkunx idea ħażina. Qabel ma jsir dan, jiena tal-opinjoni li ssir diskussjoni separata fuq il-lingwaġġ (''jargon'') li għandu jintuża għal ċertu messaġġi ħalli lkoll naqblu fuq vokabularju wieħed. Per eżempju, għandna nużaw "issejvja"/"salva"/"ippubblika" biex nagħmlu ''save'' ta' paġna? Fil-passat kien hemm numru ta' diskussjonijiet fuq dan ir-rigward ([[Wikipedija:Pjazza/Arkivju 2005#Terminoloġija Ġdida|1]], [[Wikipedija:Pjazza/Arkivju 2008#Kliem bil-Malti|2]], [[Wikipedija:Pjazza/Arkivju 2009#Kliem Malti fl-interfaċċja|3]], [[Wikipedija:Pjazza/Arkivju 2009#Suġġeriment għal Anteprima|4]], [[Wikipedija:Pjazza/Arkivju 2013#Modifika tal-messaġġi tal-Wikipedija bil-Malti|5]]). Din id-diskussjoni tista' tinkludi terzi persuni li huma barra mix-xena tal-Wikipedija (anzi nippreferi jekk din titwettaq sabiex ikollna opinjonijiet oħra) biex b'hekk naqblu u niftehmu fuq kif għandhom jiġu tradotti u strutturati l-messaġġi. —[[Utent:Chrisportelli|Chrisportelli]] ([[Diskussjoni utent:Chrisportelli|d]]) 15:50, 12 Mej 2020 (UTC)
:::: Nistgħu nibdew nittraduċu, imma jeħtieġ li nagħmlu hekk b'mod sistematiku. Ma nistgħux nittraduċu kollox għax hemm eluf ta' notifiki. Hemm xi mod kif nagħżlu dawk li huma importanti għalina? Kieku nkunu nafu nistgħu naqsmuhom f'erbgħa u kull wieħed minna jista' jaħdem fuq taqsima u mbagħad jgħaddiha 'l-oħrajn bl-ordni li niftehmu għax mingħalija jkun hemm bżonn konferema. [[Utent:Leli Forte|Leli Forte]] ([[Diskussjoni utent:Leli Forte|d]]) 11:55, 13 Mej 2020 (UTC)
:::::{{irrispondi|Chrisportelli}} u {{irrispondi|Leli Forte}} Grazzi tal-kummenti tagħkom, naħseb li din għandha tkun prijorità għaliex hija problematika fuq diversi livelli, anke biex inħajru utenti ġodda biex jagħtu l-kontribut tagħhom. Naqbel li l-ewwel passi għandom ikunu li naraw kif se naħdmu b'mod sistematiku u li naqblu fuq it-tip ta' lingwaġġ li għandna nużaw. Forsi hemm mod kif naraw liema huma t-tip ta' messaġġi li l-iżjed jintużaw fuq wikis b'lingwi oħra, sabiex inkunu nistgħu nibdew naħdmu fuq xi tip ta' lista ta' prijoritajiet. Il-kunċett tar-''rallies'' huwa interessanti, naħseb tista tkun soluzzjoni tajba eventwalment. --[[Utent:Nevborg|Nevborg]] ([[Diskussjoni utent:Nevborg|d]]) 17:13, 15 Mej 2020 (UTC)