Gianna Beretta Molla: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Paġna ġdida: Santa Gianna Beretta Molla (Milan, 4 ta' Ottubru, 1922 - 28 ta' April, 1962) hija qaddisa Taljana li għamlet att erojku meta tat ħajjitha għat-tarbija tagħha. Gianna Beretta k...
(L-ebda differenza)

Reviżjoni ta' 07:41, 28 April 2020

Santa Gianna Beretta Molla (Milan, 4 ta' Ottubru, 1922 - 28 ta' April, 1962) hija qaddisa Taljana li għamlet att erojku meta tat ħajjitha għat-tarbija tagħha.

Gianna Beretta kienet l-għaxar minn tlettax-il wild ta’ Alberto u Maria Beretta. Trabbiet f’familja tajba; tnejn minn ħutha saru qassisin u oħtha soru. Meta kienet għadha qed tistudja, bdiet taħdem mal-foqra u l-anzjani, u ngħaqdet mas-Soċjeta ta’ San Vinċenz de Paul.

Gradwat bħala tabiba u kirurgu fl-Universita ta’ Pavia fl-1949, u fetħet klinika għal rasha sena wara. Reġgħet ingħatat għall-istudju, din id-darba tal-pedjatrija, u meta temmet dan, bdiet taħdem l-iktar mal-ommijiet, it-trabi, l-anzjani u l-foqra. Kienet attiva ħafna fl-Azzjoni Kattolika. Kienet ukoll tħobb ħafna l-iskiing. Għamlet żmien tikkunsidra jekk tidħolx soru, iżda meta kellha 33 sena żżewġet lil Pietro Molla f’Magenta. Saret omm ta’ tlett itfal, iżda kompliet xorta l-karriera tagħha ta’ tabiba, li kienet tħares lejha bħala missjoni u rigal minn Alla.

Sitt snin wara li żżewġet, f’Settembru 1961, Gianna operawha biex ineħħulha tumur mill-utru li kien qed jikkawżalha ħafna uġigħ u jippressa fuq it-tarbija f’ġufha. "Tlabt ħafna f’dawn il-ġranet. B’fidi u tama fdajt lili nnifsi lill-Mulej… nafda f’Alla, iva; iżda issa rrid naqdi dmiri bħala omm. Inġedded lill-Mulej l-offerta ta’ ħajti. Jiena lesta għal kollox, biex insalva lit-tarbija." Fil-Ġimgħa l-Kbira tal-1962, Gianna daħlet l-isptar biex twelled ir-raba’ tarbija. Ftit qabel ħelset qalet lil żewġha: "Jekk tiġi biex tiddeċiedi bejni u t-tarbija, tinkwieta xejn: agħżel – u jien hekk irrid – lit-tarbija, salvaha." Fl-aħħar ġimgħa ta’ tqala kienet tgħid: ‘Dak kollu li Alla jrid.’

Il-kirurgu irrakkomandalha li tagħmel abort jekk riedet issalva ħajjitha. Iżda hi ma riditx u mietet ġimgħa wara li welldet, nhar it-28 ta’ April 1962 fi sptar f’Monza, fl-età ta’ 40 sena. Qabel ħajjitha, kienet tiġi l-ewwel il-ħajja tat-tarbija li kienet għadha ma twilditx. Illum dik il-wild hija tabiba hi ukoll u hija involuta fil-moviment favur il-ħajja. Il-Papa Ġwanni Pawlu II iddikjara lil Gianna Beretta Molla qaddisa fl-2004