Parlament Ewropew: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m Removing Link GA template (handled by wikidata)
No edit summary
Linja 6:
Is-sede prinċipali hija [[Strasburgu]] iżda l-Parlament jiltaqa' wkoll fi [[Brussell]]. Huwa għandu wkoll xi uffiċini fil-[[Lussemburgu]].
 
Il-Parlament Ewropew hu l-korp tal-UE fejn jitfasslu l-liġijiet. Hu elett direttament mill-votanti tal-UE kull 5 snin.
== Ħoloq esterni ==
L-elezzjonijiet Ewropej saru bejn it-23 u s-26 ta’ Mejju, 2019.<ref name=EU>[https://europa.eu/european-union/about-eu/institutions-bodies/european-parliament_mt europa.eu], Parlament</ref>
* [http://www.europarl.europa.eu/news/public/default_mt.htm Sit tal-Parlament Ewropew]
 
Il-Parlament għandu tliet rwoli prinċipali:<ref name=EU/>
 
;Rwol leġiżlattiv
* Jgħaddi l-liġijiet tal-UE, flimkien mal-Kunsill tal-UE, abbażi ta' proposti mill-Kummissjoni Ewropea.
* Jiddeċiedi dwar ftehimiet internazzjonali
* Jiddeċiedi dwar it-tkabbir
* Jeżamina mill-ġdid il-programm ta' ħidma tal-Kummissjoni u jitlobha biex tipproponi leġiżlazzjoni
 
;Rwol superviżjorju
* Iwettaq skrutinju demokratiku tal-istituzzjonijiet kollha tal-UE
* Itella' l-President tal-Kummissjoni u japprova l-Kummissjoni bħala korp wieħed. Hemm il-possibbiltà ta’ votazzjoni ta’ mozzjoni ta’ ċensura, li tobbliga lill-Kummissjoni sabiex din tirriżenja
* Jagħti kwittanza, jiġifieri japprova l-mod li bih jintefqu l-baġits tal-UE
* Jeżamina l-petizzjonijiet taċ-ċittadini u jwaqqaf l-inkjesti
* Jiddiskuti l-politika monetarja mal-Bank Ċentrali Ewropew
* Ipoġġi mistoqsijiet lill-Kummissjoni u lill-Kunsill
* Iwettaq osservazzjonijiet tal-elezzjonijiet
 
;Rwol Baġitarju
* Jistabbilixxi l-baġit tal-UE, flimkien mal-Kunsill
* Japprova l-baġit fit-tul tal-UE, il-“Qafas Finanzjarju Pluriennali”
 
Kompożizzjoni: L-għadd ta' MPE għal kull pajjiż hu bejn wieħed u ieħor proporzjonali mal-popolazzjoni tiegħu, iżda dan isir permezz ta' proporzjonalità digressiva: ebda pajjiż ma jista’ jkollu inqas minn 6 jew iżjed minn 96 MPE u l-għadd totali ma jistax jaqbeż is-705 (704 flimkien mal-President). Il-MPE huma miġbura skont l-affiljazzjoni politika, u mhux skont in-nazzjonalità.
Il-President jirrappreżenta l-Parlament mal-istituzzjonijiet l-oħra tal-UE u mad-dinja ta' barra u jagħti l-approvazzjoni finali għall-baġit tal-UE.<ref name=EU/>
 
Ix-xogħol tal-Parlament huwa maqsum f’żewġ stadji ewlenin:<ref name=EU/>
 
* Il- Kumitati - biex jippreparaw il-leġiżlazzjoni.
Fil-Parlament hemm 20 kumitat u żewġ sottokumitati, kull wieħed jittratta ma' qasam ta' politika partikolari. Il-kumitati jeżaminaw proposti għal-leġiżlazzjoni, u l-MPE u l-gruppi politiċi jistgħu jressqu emendi jew jipproponu r-rifjut ta' proposta. Dawn il-kwistjonijiet huma wkoll diskussi fi ħdan il-gruppi politiċi.
 
* Is- Sessjonijiet plenarji - biex jgħaddu l-leġiżlazzjoni
Dan huwa meta jinġabru l-MPE kollha fil-Kamra biex jagħtu vot finali dwar il-leġiżlazzjoni proposta u l-emendi proposti. Normalment isiru fi Strasburgu għal erbat ijiem fix-xahar, iżda xi drabi jkun hemm sessjonijiet addizzjonali fi Brussell.
 
== Referenzi ==
<references/>
 
[[Kategorija:Parlament Ewropew| ]]