Slovenja: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 68:
 
Is-'''Slovenja''' hija pajjiz fl-[[Ewropa]], li jmiss mal-[[Italja]], il-[[Kroazja]], l-[[Ungerija]] u l-[[Awstrija]]. Hi pajjiż li jitqis bħala wieħed Alpin, għalkemm hemm minn iqisu bħala pajjiz Slav. Kisbet il-ħelsien politiku fl-1991, wara li ħarġet mill-Federazzjoni Jugożlava. Il-belt kapitali tagħha hija [[Ljubljana]], belt mhux daqstant kbira b'popolazzjoni ta' 266 elf ruħ.
 
== Is-sistema politika==
Is-Slovenja hija repubblika demokratika parlamentari b’kap tal-gvern - il-prim ministru - u kap tal-istat - il-president - li hu elett direttament. Il-gvern għandu l-awtorità eżekuttiva u amministrattiva. Il-prim ministru u l-ministri huma eletti mill-Parlament. Is-Slovenja m’għandhiex reġjuni, iżda hija subdiviża f’212-il muniċipalità.<ref name=EU>[https://europa.eu/european-union/about-eu/countries/member-countries/slovenia_mt europa.eu], Slovenja</ref>
 
==Il-kummerċ u l-ekonomija==
L-aktar setturi importanti tal-ekonomija tas-Slovenja fl-2018 kienu l-industrija (27.2%), il-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut, it-trasport, l-akkomodazzjoni u s-servizzi tal-ikel (20.7%), l-amministrazzjoni pubblika, id-difiża, l-edukazzjoni, is-saħħa tal-bniedem u l-attivitajiet ta’ xogħol soċjali (15.9%).<ref name=EU/>
 
Il-kummerċ fi ħdan l-UE jammonta għal 76% tal-esportazzjonijiet tas-[[Slovenja]] (il-[[Ġermanja]] 19%, l-[[Italja]] 12% u l-[[Awstrija]] 7%), filwaqt li barra mill-UE 3% jmorru kemm fis-[[Serbja]] kif ukoll fil-[[Bożnija-Ħerzegovina]].<ref name=EU/>
 
F’termini ta’ importazzjonijiet, 67% jiġu minn Stati Membri tal-UE (il-[[Ġermanja]] 16%, l-[[Italja]] 13% u l-[[Awstrija]] 9%), filwaqt li barra mill-UE 6% jiġu mit-[[Turkija]] u 5% miċ-[[Ċina]].<ref name=EU/>
 
==Is-Slovenja fl-UE==
 
Hemm 8 membri fil-[[Parlament Ewropew]] mis-Slovenja. <ref name=EU/>
 
Fil-[[Kunsill tal-UE]], il-ministri nazzjonali jiltaqgħu b'mod regolari biex jadottaw il-liġijiet tal-UE u jikkoordinaw il-politiki. Il-laqgħat tal-Kunsill jattendu għalihom regolarment rappreżentantiFittex it-traduzzjonijiet disponibbli tal-link preċedentiEN••• tal-gvern Sloven, skont il-qasam tal-politika li jkun qed jiġi indirizzat.<ref name=EU/>
 
Il-Kunsill tal-UE m’għandux persuna waħda permanenti bħala president (bħal pereżempju, il-Kummissjoni jew il-Parlament). Minflok, ix-xogħol jitmexxa mill-pajjiż li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill, li jinbidel kull sitt xhur.<ref name=EU/>
 
Matul dawn is-6 xhur, il-ministri mill-gvern ta’ dak il-pajjiż jippresiedu u jgħinu jiddeterminaw l-aġenda tal-laqgħat tal-Kunsill f’kull qasam ta’ politika, u jiffaċilitaw id-djalogu ma’ istituzzjonijiet oħra tal-UE.
Dati tal-presidenzi Sloveni:
Jan-Ġun 2008<ref name=EU/>
 
Il-Kummissarju nominat mis-Slovenja għall-[[Kummissjoni Ewropea]] hu [[Janez Lenarčič]], li hu responsabbli għall-Immaniġġar ta' Kriżi.<ref name=EU/>
 
Il-Kummissjoni hija rrappreżentata f’kull pajjiż tal-UE minn uffiċċju lokali, imsejjaħ “rappreżentanza”.<ref name=EU/>
 
Is-Slovenja għandha 7 rappreżentanti fil-[[Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew]]. Dan il-korp konsultattiv – li jirrappreżenta lil dawk li jħaddmu, il-ħaddiema u gruppi oħra ta’ interess – huwa kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex ikun hemm idea aħjar tal-bidliet possibbli tas-sitwazzjonijiet soċjali u tax-xogħol fil-pajjiżi membri.<ref name=EU/>
 
Is-Slovenja għandha 5 rappreżentanti fil-[[Kumitat Ewropew tar-Reġjuni]], l-assemblea tal-UE tar-rappreżentanti reġjonali u lokali. Dan il-korp konsultattiv jiġi kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex jiżgura li dawn il-liġijiet iqisu l-perspettiva minn kull reġjun tal-UE.<ref name=EU/>
 
Is-Slovenja tikkomunika wkoll mal-istituzzjonijiet tal-UE permezz tar-rappreżentanza permanenti tagħha fi Brussell. Bħala l-“ambaxxata għall-UE” tas-Slovenja, il-kompitu ewlieni tagħha hu li tiżgura li l-interessi u l-politiki tal-pajjiż huma segwiti b’mod effettiv kemm jista’ jkun fl-UE.<ref name=EU/>
 
L-ammont li jħallas kull pajjiż tal-UE fil-baġit tal-UE huwa kkalkulat b’mod ġust, skont il-mezzi. Aktar ma tkun kbira l-ekonomija tal-pajjiż, aktar iħallas – u viċi versa.<ref name=EU/>
 
L-għan tal-baġit tal-UE mhuwiex li jipprova jqassam mill-ġdid il-ġid, iżda pjuttost jiffoka fuq il-ħtiġijiet tal-Ewropej b’mod ġenerali.<ref name=EU/>
 
2018 ċifri għas-Slovenja:<ref name=EU/>
* Nefqa totali tal-UE fis-Slovenja – € 0.927 biljun (ekwivalenti għal 2.04% tal-ekonomija Slovena)
* Kontribuzzjoni totali għall-baġit tal-UE – € 0.386 biljun (ekwivalenti għal 0.85% tal-ekonomija Slovena)
 
Il-flus imħallsa fil-baġit tal-UE mis-Slovenja jgħinu biex jiġu ffinanzjati programmi u proġetti fil-pajjiżi kollha tal-UE – bħall-bini ta’ toroq, is-sussidjar ta’ riċerkaturi u l-ħarsien tal-ambjent.<ref name=EU/>
 
==Referenzi==