Montenegro: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m Removing Link GA template (handled by wikidata)
No edit summary
Linja 85:
 
'''Montenegro''' ({{awdjo|en-us-Montenegro.ogg|ˌmɒntɨˈneɪɡroʊ}}; [[Lingwa Montenegrina|Montenegrin]]: ''Crna Gora'' Црна Гора {{awdjo|CrnaGora.ogg|tsr̩̂ːnaː ɡɔ̌ra}}, tfisser "Muntanja Sewda") huwa pajjiż fl-[[Balkani|Ewropa tax-Xlokk]]. Il-pajjiż għandu l-[[Baħar Adrijatiku]] fil-lbiċ u huwa mdawwar mill-[[Kroazja]] fil-punent, il-[[Bosnia u Ħerżegovina]] fil-majjistral, is-[[Serbja]] fil-grigal, il-[[Kosovo]] lejn il-lvant u l-[[Albanija]] fix-xlokk. Il-belt kapitali u l-akbar belt hija [[Podgorika]], filwaqt li [[Cetinje]] hija maħtura bħala ''Prijestonica'', tfisser l-eks Belt Kapitali Rjali.
 
==Status tan-negozjati UE==
=== 2010 - pajjiż kandidat għall-UE===
L-applikazzjoni tal-Montenegro għal sħubija fl-UE ġiet ippreżentata fil-15 ta' Diċembru 2008.
 
Fil-laqgħa tiegħu tat-23 ta' April 2009, il-Kunsill stieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta lill-Kunsill l-opinjoni tagħha dwar l-applikazzjoni tal-Montenegro. Fit-12 ta' Ottubru 2011, il-Kummissjoni tat opinjoni pożittiva u rrakkomandat il-ftuħ ta' negozjati tal-adeżjoni.
 
Fil-laqgħa tiegħu tas-16 u s-17 ta' Diċembru 2010, il-Kunsill Ewropew qabel li jagħti lill-Montenegro l-istatus ta' pajjiż kandidat.
 
=== Ġunju 2012 - bidu tan-negozjati===
Fil-laqgħa tiegħu tad-29 ta' Ġunju 2012, il-Kunsill Ewropew approva d-deċiżjoni tal-Kunsill biex jinfetħu negozjati tal-adeżjoni.
 
L-aħħar Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni UE-Montenegro, li sar fil-25 ta' Ġunju 2018 eżamina l-istat tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Montenegro, inkluż il-progress tal-Montenegro fit-tħejjijiet tiegħu għas-sħubija fl-UE.
 
===Laqgħat tal-Konferenza tal-Adeżjoni===
L-ewwel laqgħa tal-Konferenza mal-Montenegro dwar l-Adeżjoni fil-livell ministerjali fetħet in-negozjati tal-adeżjoni fid-29 ta' Ġunju 2012. Minn dakinhar, saru ħdax-il laqgħa tal-Konferenza dwar l-Adeżjoni fil-livell ministerjali fi Brussell.
 
It-12-il laqgħa tal-Konferenza mal-Montenegro dwar l-Adeżjoni fil-livell ministerjali saret fl-10 ta' Diċembru 2018. Il-konferenza fetħet in-negozjati dwar il-Kapitolu 27 - L-Ambjent u t-tibdil fil-klima.
 
Wara din il-Konferenza, minn total ta' 35 kapitolu ta' negozjar, 32 kapitolu issa nfetħu għan-negozjati, li minn dawn diġà ngħalqu proviżorjament tliet kapitoli. Ser jiġu ppjanati aktar Konferenzi dwar l-Adeżjoni, kif meħtieġ, sabiex il-proċess jitmexxa 'l quddiem fl-ewwel nofs tal-2019.
 
Fit-18 ta' Ġunju 2019 il-Kunsill Affarijiet Ġenerali adotta konklużjonijiet dwar it-tkabbir u l-proċess ta' stabbilizzazzjoni u ta' assoċjazzjoni, li jkopru l-Montenegro.
Fl-20 ta' Ġunju 2019 il-Kunsill Ewropew approva l-konklużjonijiet.
 
== Referenzi ==
{{Referenzi}}
* [https://www.consilium.europa.eu/mt/policies/enlargement/montenegro/ Montenegro], Kunsill tal-Unjoni Ewropea
 
[[Kategorija:Montenegro]]