Bożnija u Ħerżegovina: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m Żidt kategorija
No edit summary
Linja 86:
}}
Il-'''Bożnija u Ħerżegovina''' ([[Lingwa Bożnijakka|Bożnijakk]], [[Lingwa Kroat|Kroat]] u [[Lingwa Serba|Serb]]: ''Bosna i Hercegovina'', [[Serb Ċirilliku]]: Босна и Херцеговина), xi kultant imsejjaħa [[Bożnjia-Ħerzegovina]] jew sempliċiment '''Bożnija''', huwa pajjiż fix-[[Xlokk tal-Ewropa]], fuq il-[[Peniżola tal-Balkani]]. Il-belt kapital tagħha u l-akbar belt hija [[Sarajevo]]. Il-pajjiż imiss mal-[[Kroazja]] fit-Tramuntana, il-Punent u n-Nofsinhar, is-[[Serbja]] lejn il-Lvant, u [[Montenegro]] għall-Lbiċ. Il-Bożnija u Ħerzegovina hija kważi mdawwra bl-art, ħlief għall-20 kilometru (12-il mil) tal-kosta fuq il-[[Baħar Adrijatiku]] madwar il-belt ta' [[Neum]]. Fl-intern ċentrali u tan-Nofsinhar il-ġeografija tal-pajjiż hija muntanjuża, fil-Majjistral mhux muntanjuża ħafna waqt li fil-Grigal l-art kważi kollha ċatta. Il-ġewwieni li hu l-akbar reġjun ġeografikamentu għandu klima kontinentali moderata, bejn sjuf sħan u xtiewi kesħin u bis-silġ. Il-ponta tan-Nofsinhar tal-pajjiż għandha [[klima Mediterranja]] u t-topografija sempliċi.
 
== 2016 - applikazzjoni għal sħubija fl-UE ==
 
L-applikazzjoni tal-Bożnija-Ħerzegovina għas-sħubija fl-[[UE]] ġiet ippreżentata fil-15 ta' Frar 2016.
 
Il-preżentazzjoni tal-applikazzjoni seħħet wara l-Kunsill Affarijiet Ġenerali f'Diċembru 2015, fejn il-ministri evalwaw il-proċess tat-tkabbir. Huma adottaw konklużjonijiet dwar il-proċess ta' stabbilizzazzjoni u ta' assoċjazzjoni bejn l-UE u l-[[Balkani tal-Punent]], li jkopru l-Eks Repubblika Jugoslava tal-[[Maċedonja]], l-[[Albanija]], il-Bożnija-Ħerzegovina u l-[[Kosovo]].
 
Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar l-applikazzjoni tal-Bożnija-Ħerzegovina għal sħubija fl-UE fl-20 ta' Settembru 2016.
 
Fit-18 ta' Ġunju 2019 il-Kunsill Affarijiet Ġenerali adotta konklużjonijiet dwar it-tkabbir u l-proċess ta' stabbilizzazzjoni u ta' assoċjazzjoni, li jkopru l-Bożnija-Ħerzegovina.
 
Fl-20 ta' Ġunju 2019 il-[[Kunsill Ewropew]] approva l-konklużjonijiet.
 
F'konformità mal-proċedura ta' adeżjoni stabbilita fit-trattat tal-UE, il-ministri talbu lill-Kummissjoni Ewropea biex tagħti l-opinjoni tagħha dwar l-applikazzjoni. Jekk l-opinjoni tkun pożittiva, il-Kunsill Ewropew jista' jiddeċiedi li jagħti lill-Bożnija-Ħerzegovina status ta' kandidat.
 
== Referenzi ==
* [https://www.consilium.europa.eu/mt/policies/enlargement/bosnia-herzegovina/ Bożnija-Ħerzegovina], ''Kunsill tal-Unjoni Ewropea''
 
{{Ewropa}}