Differenza bejn ir-reviżjonijiet ta' "Tibdil fil-klima"

l-ebda taqsira
L-UE hija waħda mill-firmatarji tal-Ftehim ta' Pariġi, li għandu l-għan li jillimita t-tisħin globali għal ferm inqas minn 2°C u li jkompli bl-isforzi biex jillimitah għal 1.5°C.
 
Il-[[pajjiżi tal-UE]] approvaw l-objettiv li tintlaħaq newtralità klimatika sal-2050, f'konformità mal-[[Ftehim ta' Pariġi]].
 
==Ir-risposta tal-UE għat-tibdil fil-klima==
* żieda tas-sehem tal-enerġija rinnovabbli għal 20%
* titjib ta' 20% fl-effiċjenza fl-użu tal-enerġija
 
Biex jintlaħqu dawn l-għanijiet, l-UE żviluppat, u wara rriformat, l-iskema tal-UE għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet (ETS) li għandha l-għan li tnaqqas l-emissjonijiet tal-gass serra b'mod partikolari mill-industriji li jużaw ħafna enerġija u l-impjanti tal-enerġija. Fis-setturi tal-bini, tat-trasport u tal-agrikoltura, ġew stabbiliti miri nazzjonali tal-emissjonijiet, bħala parti mir-regolament dwar il-kondiviżjoni tal-isforzi.
 
 
===L-għanijiet tal-2030===
Fl-2014, intlaħaq qbil dwar il-qafas għall-[[klima]] u l-[[enerġija]] għall-2030 b'ġabra saħansitra aktar ambizzjuża ta' miri għall-perjodu 2021–2030. Permezz ta' dawn il-miri, l-UE hija impenjata li tnaqqas l-emissjonijiet tagħha ta' gass serra b'mill-inqas 40 % sal-2030, meta mqabbla mal-livelli tal-1990.
 
Il-qafas fih politiki u għanijiet biex l-ekonomija u s-sistema tal-enerġija tal-UE jsiru aktar kompetittivi, siguri u sostenibbli. L-UE rriformat ukoll l-ETS, adottat regoli dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar, u ddikjarat il-ħtieġa għal pjanijiet għall-klima u l-enerġija u strateġiji fit-tul nazzjonali.
 
F'Mejju 2019, l-UE adottat projbizzjoni fuq oġġetti tal-plastik li jintużaw darba biss. B'din il-projbizzjoni, l-UE stabbiliet regoli aktar stretti għal dawk it-tipi ta' prodotti u imballaġġ li huma fost l-għaxar oġġetti li jinstabu l-aktar sikwit iniġġsu x-xtajtiet Ewropej. Ir-regoli l-ġodda jipprojbixxu l-użu ta' ċerti prodotti tal-plastik li jintremew u li għalihom jeżistu alternattivi.
 
 
F'Mejju 2018, l-UE ddeċidiet dwar regoli ġodda għall-ġestjoni tal-iskart u stabbiliet miri għar-riċiklaġġ li jorbtu legalment. Dawn il-miri jikkonċernaw l-iskart muniċipali, ir-riċiklaġġ tal-materjali tal-imballaġġ, kif ukoll il-landfills.
 
* direttiva riveduta dwar l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija
* direttiva riveduta dwar l-[[enerġija rinnovabbli]]
* regolament dwar il-governanza
Il-pakkett huwa kruċjali biex jintlaħqu l-għanijiet marbutin mal-klima u l-enerġija għall-2030 u jiddefinixxi l-mekkaniżmi ta' kollaborazzjoni u ta' kontroll għall-istati membri tal-UE fis-settur tal-enerġija.
Fi Frar 2018, l-UE adottat regoli riveduti għall-iskema tal-UE għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet (ETS). L-iskema, stabbilita fl-2005, hija l-ewwel suq importanti tal-karbonju fid-dinja u tibqa' l-akbar wieħed. Tistabbilixxi limitu massimu fuq kemm jistgħu jarmu CO<>2 l-industrija peżanti u l-impjanti tal-enerġija. Il-volum totali ta' emissjonijiet permessi jitqassam lill-kumpaniji bħala permessi li jistgħu jiġu skambjati.
 
F'Diċembru 2019, l-UE u l-[[Iżvizzera]] qablu li jorbtu s-sistemi għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet tagħhom. Dan il-ftehim ser ikun ta' benefiċċju reċiproku għall-UE u l-Konfederazzjoni Żvizzera, peress li r-rabta bejn sistemi ta' limitu u skambju tista' żżid id-disponibbiltà ta' opportunitajiet ta' tnaqqis u ttejjeb il-kosteffiċjenza tal-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet.
 
===Użu tal-art u forestrija===
 
====L-istrateġija fit-tul tal-UE dwar il-klima====
F'Diċembru 2019, il-mexxejja tal-UE approvaw l-objettiv li tinkiseb UE newtrali għall-klima sal-2050. F'dak l-istadju, il-Polonja ma setgħetx timpenja ruħha li timplimenta dan l-objettiv u l-[[Kunsill Ewropew]] ser jerġa' jiddiskuti l-kwistjoni f'Ġunju 2020.
 
Il-mexxejja tal-UE talbu wkoll lill-Kunsill biex imexxi 'l quddiem il-ħidma fuq il-Patt Ekoloġiku Ewropew.
Il-mexxejja għarfu l-ħtieġa li jiġi stabbilit qafas ta' abilitazzjoni biex tiġi żgurata tranżizzjoni kosteffettiva, kif ukoll soċjalment bilanċjata u ġusta lejn newtralità klimatika, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi nazzjonali differenti. Il-baġit fit-tul li jmiss tal-UE, magħruf bħala l-qafas finanzjarju pluriennali (QFP), li bħalissa qed jiġi nnegozjat, ser jikkontribwixxi b'mod sinifikanti għall-azzjoni klimatika. Il-Mekkaniżmu ta' Tranżizzjoni Ġusta ser jiġi stabbilit biex jipprovdi appoġġ għar-reġjuni u s-setturi l-aktar milqutin mit-tranżizzjoni.
 
Fl-istess waqt, il-mexxejja tal-UE enfasizzaw il-ħtieġa li tiġi żgurata s-sigurtà tal-enerġija u li jiġi rispettat id-dritt ta' kull pajjiż tal-UE li jiddeċiedi dwar it-taħlita tal-enerġija tiegħu stess, inkluż l-enerġija nukleari, u l-aqwa teknoloġiji. Huma qalu wkoll li n-newtralità klimatika għandha tinkiseb b'mod li jiffavorixxi l-[[kompetittività]] tal-UE. Jekk ikun meħtieġ, l-UE għandha tfassal miżuri konformi mad-WTO biex tiġġieled kontra r-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju.
 
Il-mexxejja tal-UE stiednu lill-[[Kummissjoni]] biex kemm jista' jkun malajr fl-2020 tħejji proposta għall-istrateġija fit-tul tal-UE bil-ħsieb li tiġi adottata mill-Kunsill u ppreżentata lill-UNFCCC, kif meħtieġ mill-Ftehim ta' Pariġi.
 
F'Marzu 2020, il-ministri għall-ambjent tal-UE adottaw l-istrateġija fit-tul tal-UE dwar il-klima.
 
Il-[[Kunsill Ewropew]] talab ukoll lill-Kummissjoni biex, wara valutazzjoni tal-impatt bir-reqqa, tiżviluppa proposta għal aġġornament tal-kontribut determinat fil-livell nazzjonali tal-UE (NDC) skont il-Ftehim ta' Pariġi għall-2030.
 
== Links ==
449

modifiki