Assedju ta' Malta (1565): Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Tags: Modifika bil-mowbajl Modifika mill-web għall-mowbajl
No edit summary
Tags: Modifika bil-mowbajl Modifika mill-web għall-mowbajl
Linja 22:
Il-Kavallieri rebħu dan l-assedju, wieħed mill-aktar assedju mdemmi fl-istorja u fost l-aktar qalil, u li fis-seklu sittax kien avveniment li biddel wiċċ l-[[Ewropa]]. Il-filosfu [[Voltaire]] jgħid dwar dan l-assedju, "Xejn mhu magħruf aktar mill-assedju ta' Malta". Din kellha tkun l-aħħar theddida Ottomana fl-Ewropa, b'din il-battalja tkun l-aħħar wiċċ imb wiċċ għall-ġlieda bejn il-forzi Kristjani u dawk Ottomani għall-kontroll tal-[[Baħar Mediterran|Mediterran]].
 
L-Assedju exposedfosh]], [[1565]] meta fuq ix-xefaq dehret il-flotta Ottomana mmexxija minn Pijali Paxà bħala Ammirall Paxà bħala ġeneral tat-truppi. L-Ottomani niżlu l-art b'40,000 suldat u tellgħu l-kampijiet tagħhom fil-kampanja l-ikbar wieħed kien fil-wita tal-[[Marsa]].
 
L-Ordni tal-Kavallieri ta' San Ġwann kien immexxi mill-Gran Mastru [[Jean Parisot de la Valette]]. La Valette kellu madwar 9,000 raġel taħt l-armi li minnhom 592 kienu kavallieri. Il-biċċa l-kbira minnhom irġiel Maltin. Mill-bidu kien hemm diżgwit bejn il-Ġenerali Ottomani. Mustafà ried li jieħu lil [[Għawdex]] taħt idejh billi jirbaħ iċ-[[Ċittadella]] u jokkupa l-[[Mdina|Imdina]] b'hekk jifdal il-[[Forti Sant'Iermu]], il-[[Birgu]] u l-[[Isla]]. Pijali ma qabilx mal-pjan għax ried li l-ewwel jikseb port tajjeb u kenni għall-flotta. Għalhekk Pijali ried li l-ewwel jiġi attakkat il-forti Sant'Iermu u wara li jintrebaħ il-forti u l-flotta tkun sigura fil-port ta' [[Marsamxett]] isiru l-attakki biex tintrebaħ il-gżira. Meta tniżżlu t-truppi u twaqqfu l-kampijiet bdew l-attakki mill-ewwel fuq il-forti Sant'Iermu. Wara ġimagħtejn wasal [[Dragut]] bil-flotta tiegħu. U żdiedu l-attakki fuq il-forti li kien meqjus bħala l-iktar wieħed inferjuri mit-tlieta.