Robert Abela: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Paġna ġdida: Robert Abela (7 ta’ Diċembru, 1977) huwa l-Mexxej tal-Partit Laburista attwali. Bin George Abela, avukat u eks Deputat Mexxej tal-Partit Laburista u President Emeritu ta’ Mal...
(L-ebda differenza)

Reviżjoni ta' 07:03, 12 Jannar 2020

Robert Abela (7 ta’ Diċembru, 1977) huwa l-Mexxej tal-Partit Laburista attwali.

Bin George Abela, avukat u eks Deputat Mexxej tal-Partit Laburista u President Emeritu ta’ Malta, u Margaret, huwa trabba f’Ħal Għaxaq u f’Wied il-Għajn ma’ oħtu Marija. Ħa l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola tas-sorijiet f’Santa Luċija, l-iskola tas-St Francis f’Bormla, u l-Kulleġġ San Alwiġi.

Iggradwa bħala avukat fl-2002 u beda jaħdem fl-uffiċċju legali ta’ missieru. Huwa speċjalizza fil-liġi tax-xogħol u tal-familja, l-ippjanar u liġi industrijali.

Politika

Fl-2008 kien involut fil-kampanja ta’ missieru meta George Abela kkontesta l-kariga ta’ mexxej tal-Partit Laburista wara r-riżenja ta’ Dr Alfred Sant.

Fl-2017, Dr Robert Abela laqa’ l-istedina ta’ Dr Joseph Muscat biex joħroġ għall-elezzjoni ġenerali. Huwa ġie elett għall-ewwel darba fil-Parlament mis-sitt distrett u serva f’kumitati Parlamentari minbarra li kien il-konsulent tal-Prim Ministru fil-kabinett.

Ħajja Personali

Fl-2008, żżewweġ lil Lydia u fl-2012 kellhom tifla, Georgia Mae.