William Savona: Differenza bejn il-verżjonijiet

politiku Malti
Content deleted Content added
Paġna ġdida: '''William Savona''' (Valletta, 7 ta' Jannar, 1865 – 18 ta' Jannar, 1937) kien l-ewwel mexxej tal-Partit Laburista u mexxa dan il-partit li kien jismu "Camera del Lavoro" bejn l-...
(L-ebda differenza)

Reviżjoni ta' 21:35, 6 Jannar 2020

William Savona (Valletta, 7 ta' Jannar, 1865 – 18 ta' Jannar, 1937) kien l-ewwel mexxej tal-Partit Laburista u mexxa dan il-partit li kien jismu "Camera del Lavoro" bejn l-1921 u l-1927.

Iben Sigismondo Savona, li kien fundatur tal-Moviment Anti-Riformista, u Filomena mwielda Caruana, William studja l-Liċeo u wara l-Università ta' Malta minn fejn ggradwa u sar avukat. Wara kien suldat mar-Royal Malta Artillery u fl-ewwel gwerra serva fi Franza u Salonika. Ingħata t-titlu ta' Kurunell u Membru tal-Imperu Ingliż.

Fl-1921, huwa kien elett fis-Senat Malti f'isem it-Trade Union Council.

Fil-koalizzjoni mal-Unione Politica Maltese, f'April 1922, Savona nħatar Ministru tal-Posta, Dwana, Agrikoltura u Sajd u dam sa Jannar 1923.

Fl-1924, irtira mis-Senat u ġie elett fl-Assemblea Leġislattiva mill-ħames distrett.