Chris Fearne: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 1:
'''Christopher Fearne''', magħruf bħala '''Chris Fearne''', (Ħ'Attard, 12 ta' Marzu 1963) huwa d-Deputat Prim Ministru ta' Malta u l-Ministru għas-Saħħa attwali. Huwa Kirurgu tat-Tfal bi professjoni u ħadem bħala Consultant Paediatric Surgeon fl-isptarijiet tal-Gvern.
 
== Studji ==
 
Bin Frederick, li kien surmast ta' skola u wara kien Direttur tal-Edukazzjoni, u Carmen, li kienet għalliema u social worker, Chris studja l-Kulleġġ ta’ San Alwigi u l-Università ta’ Malta minn fejn iggradwa fil-mediċina u l-kirurġija tat-tfal fl-1987. Wara sar Fellow of the Royal Collage of Surgeons of Edinburgh u ħadem f’numru ta’ sptarijiet tat-tfal fl-Ingilterra, fosthom f'Liverpool u fi Great Ormond Street, Londra.
 
Huwa ukoll lettur fil-kirurġija fl-Università ta’ Malta u huwa eżaminatur tat-tobba. Għal perjodu kien ukoll direttur tal-Malta Institiute for Medical Education. Għal xi żmien kien l-uniku kirurgu tat-tfal f'Malta.
Linja 19:
== Politika ==
 
Huwa kien elett mal-Partit Laburista fl-elezzjonijiet tal-2013 u l-2017, mit-Tielet u r-Raba' Distrett. F'April 2014, kien maħtur Segretarju Parlamentari għas-Saħħa wara r-riżenja ta' [[Godfrey Farrugia]].
 
F'April 2016 kien maħtur Ministru tas-Saħħa u kien konfermat f'din il-kariga wara l-elezzjoni ta' Ġunju 2017. Fl-istess xahar huwa kkontesta għall-kariga ta' Deputat Mexxej tal-Partit Laburista għall-Affarijiet Parlamentari u f'Mejju kien elett f'din il-kariga u sar ukoll Deputat Prim Ministru.
Linja 30:
== Ħajja Personali ==
 
Huwa miżżewweg lil Astrid imwielda Sammut (bint Joe Sammut li kien Ombudsman) u għandhom tliet ulied; Dawn, Julian u Rafael. Għal xi żmien kien anke t-tabib personali tal-Prim Ministru Dom Mintoff u fl-ewwel Konferenza Ġenerali tal-Partit li fiha tkellem, dik ta' Jannar 2012, wassal l-awguri tiegħu lill-Konferenza.
 
Huwa sapporter tat-team Ingliż tal-futbol, iċ-Chelsea.